EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0420
Case C-420/20: Request for a preliminary ruling from the Sofiyski rayonen sad (Bulgaria) lodged on 9 September 2020 — criminal proceedings against HN
Kawża C-420/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Settembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra HN
Kawża C-420/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Settembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra HN
ĠU C 399, 23.11.2020, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Settembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra HN
(Kawża C-420/20)
(2020/C 399/34)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski rayonen sad
Parti fil-kawża prinċipali
HN
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-persuni akkużati li jkunu preżenti fil-proċess tagħhom, kif previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (1), jista’ jiġi limitat minn dispożizzjoni legali nazzjonali li tippermetti li l-persuni barranin li jkunu kisbu l-kwalità proċedurali ta’ persuni akkużati jkunu pprojbiti, permezz ta’ miżura amministrattiva, milli jidħlu u milli jirrisjedu fl-Istat fejn tkun qiegħda titmexxa l-proċedura kriminali? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(2)(a) u/jew (b) tad-Direttiva 2016/343 għall-iżvolġiment tal-proċess fl-assenza tal-persuna akkużata li tkun ċittadina barranija jkunu ssodisfatti jekk din tal-aħħar tkun ġiet debitament informata dwar il-proċess u dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ dehra u tkun irrappreżentata minn avukat imqabbad sabiex jiddefendiha, li jkun magħżul minnha stess jew mill-Istat, iżda l-preżenza tagħha tkun prekluża minn miżura amministrattiva li tipprojbixxiha milli tidħol u milli tirrisjedi fl-Istat fejn tkun qiegħda titmexxa l-proċedura kriminali? |
3) |
Id-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti fil-proċess, kif previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2016/343, jista’ jikkostitwixxi obbligu proċedurali b’tali mod li b’hekk l-Istati Membri jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni fis-sens tal-premessa 48, jew tali approċċ imur kontra l-premessa 35 tal-istess direttiva, li tiddikjara li d-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti fil-proċess ma huwiex assolut u jista’ jkun irrinunzjat? |
4) |
Rinunzja minn qabel mill-persuna akkużata għad-dritt li tkun preżenti fil-proċess, previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2016/343, espressa b’mod inekwivoku fil-kuntest tal-investigazzjoni preliminari, hija permessa jekk il-persuna akkużata tkun ġiet informata bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ dehra tagħha? |