Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0393

    Kawża C-393/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie (il-Polonja) fit-18 ta’ Awwissu 2020 – T.B., D. sp. z. o. o. vs G. I. A/S

    ĠU C 423, 7.12.2020, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 423/24


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie (il-Polonja) fit-18 ta’ Awwissu 2020 – T.B., D. sp. z. o. o. vs G. I. A/S

    (Kawża C-393/20)

    (2020/C 423/35)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: T.B., D. sp. z. o. o.

    Konvenuta: G. I. A/S

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 13(2) moqri flimkien mal-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi invokat minn persuna li, bħala korrispettiv għal servizzi – mogħtija lill-vittma diretta ta’ inċident tat-traffiku b’rabta mad-dannu li rriżulta – , xtrat pretensjoni għall-ħlas ta’ danni, iżda ma twettaqx attivitajiet professjonali fil-qasam tal-irkupru ta’ pretensjonijiet għal kumpens mill-assiguraturi u li ħarrket, quddiem il-qorti tal-post ta’ stabbiliment tagħha, lill-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident li jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor?

    2)

    L-Artikolu 7(2) jew l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi invokat minn persuna li permezz ta’ kuntratt ta’ assenjazzjoni xtrat pretensjoni mingħand vittma ta’ inċident tat-traffiku bil-għan li titressaq azzjoni quddiem qorti tal-Istat Membru tal-post fejn seħħ l-inċident għar-responsabbiltà ċivili tal-assiguratur tal-persuna li kkawżat l-inċident tat-traffiku, liema assiguratur huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tal-post fejn seħħ l-inċident?


    (1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


    Top