This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0353
Case C-353/20: Request for a preliminary ruling from the Tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi (Belgium) lodged on 31 July 2020 — Skeyes v Ryanair DAC, formerly Ryanair Ltd
Kawża C-353/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi (il-Belġju) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Skeyes vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd
Kawża C-353/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi (il-Belġju) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Skeyes vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd
ĠU C 339, 12.10.2020, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 339/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi (il-Belġju) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Skeyes vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd
(Kawża C-353/20)
(2020/C 339/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skeyes
Konvenuta: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd
Domandi preliminari
1) |
Ir-Regolament Nru 550/2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li jevitaw li jiġu mistħarrġa mill-qrati tagħhom in-nuqqasijiet allegati inkonnessjoni mal-obbligu ta’ provvista ta’ servizzi mill-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jew id-dispożizzjonijiet tar-regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jobbligaw lill-Istati Membri jipprovdu rimedju effettiv kontra n-nuqqasijiet allegati b’kont meħud tan-natura tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti? |
2) |
Ir-Regolament Nru 550/2004, sa fejn jispeċifika li: “Il-forniment ta’ servizzi ta’ traffiku ta’ l-ajru, kif ipprevedut minn dan ir-Regolament, huwa konness ma’ l-eżerċizzju tal-poteri (setgħat) ta’ awtorita pubblika, li m’humiex ta’ natura ekonomika li tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni tat-Trattat”, għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi mhux biss ir-regoli tal-kompetizzjoni fil-veru sens tal-kelma iżda wkoll ir-regola l-oħra applikabbli għall-impriżi pubbliċi attivi fis-suq tal-oġġetti u tas-servizzi, li għandhom effett indirett fuq il-kompetizzjoni, bħal dawk li jipprojbixxu l-ostakoli għal-libertà ta’ intrapriża u ta’ provvista ta’ servizzi? |
(1) Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 31).