Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0337

    Kawża C-337/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-23 ta’ Lulju 2020 – DM, LR vs Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) Alpes-Provence

    ĠU C 339, 12.10.2020, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 339/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-23 ta’ Lulju 2020 – DM, LR vs Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) Alpes-Provence

    (Kawża C-337/20)

    (2020/C 339/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: DM, LR

    Konvenuta: Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) Alpes-Provence

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 58 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jistabbilixxi, għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati jew eżegwiti skorrettament, sistema ta’ responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li teskludi kwalunkwe azzjoni għal responsabbiltà ċivili ta’ dritt nazzjonali bbażata, fir-rigward tal-istess fatti, fuq nuqqas minn dan il-fornitur li jikkonforma ruħu mal-obbligi imposti mid-dritt nazzjonali, b’mod partikolari fil-każ li l-utent ta’ servizz ta’ ħlas ma jkunx, fi żmien tlettax-il xahar mid-debitu, informa lill-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas li tranżazzjoni ta’ ħlas ma kinitx ġiet awtorizzata jew ġiet eżegwita skorrettament?

    2)

    F’każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-istess artikolu jipprekludi l-garanti tal-utent tas-servizz ta’ ħlas milli jinvoka, fir-rigward tal-istess fatti, ir-responsabbiltà ċivili tad-dritt nazzjonali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, benefiċjarju tal-garanzija, sabiex jikkontesta l-ammont tad-dejn iggarantit?


    (1)  ĠU 2007, L 319, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009, L 187, p. 5.


    Top