This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0238
Case C-238/20: Request for a preliminary ruling from the Augstākā tiesa (Senāts) (Latvia) lodged on 5 June 2020 — SIA ‘Sātiņi-S’ v Dabas aizsardzības pārvalde
Kawża C-238/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fil-5 ta’ Ġunju 2020 – SIA Sātiņi-S vs Dabas aizsardzības pārvalde
Kawża C-238/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fil-5 ta’ Ġunju 2020 – SIA Sātiņi-S vs Dabas aizsardzības pārvalde
ĠU C 262, 10.8.2020, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fil-5 ta’ Ġunju 2020 – SIA Sātiņi-S vs Dabas aizsardzības pārvalde
(Kawża C-238/20)
(2020/C 262/25)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa (Senāts)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA Sātiņi-S
Parti oħra fil-proċedura: Dabas aizsardzības pārvalde
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt għal kumpens ġust minħabba limitazzjoni tad-dritt għall-proprjetà ggarantit mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jippermetti li l-kumpens mogħti minn Stat Membru għat-telf ikkawżat għall-akwakultura f’żona tan-network Natura 2000 għal għasafar protetti konformement mad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (1) jkun sinjifikattivament inqas mit-telf realment imġarrab? |
2) |
Il-kumpens mogħti minn Stat Membru għat-telf ikkawżat għall-akwakultura f’żona tan-network Natura 2000 għal għasafar protetti konformemet mad-Direttiva 2009/147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikoli 107 u 108 TFUE? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, il-limitu ta’ EUR 30 000 tal-għajnuna de minimis stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (2) huwa applikabbli għal kumpens bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali? |