Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0194

    Kawża C-194/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2020 – BY, CX, FU, DW, EV vs Stadt Duisburg

    ĠU C 262, 10.8.2020, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 262/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2020 – BY, CX, FU, DW, EV vs Stadt Duisburg

    (Kawża C-194/20)

    (2020/C 262/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: BY, CX, FU, DW, EV

    Konvenuta: Stadt Duisburg

    Domandi preliminari

    1.

    Id-dritt tat-tfal Torok skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 (1) jinkludi wkoll dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti mingħajr il-bżonn li jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet ulterjuri?

    2.

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    a)

    Dritt ta’ residenza skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 jippresupponi li l-ġenituri tat-tfal Torok li jgawdu minn dik id-dispożizzjoni jkunu diġà kisbu drittijiet skont l-Artikolu 6(1) jew l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80?

    b)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 2(a): impjieg legali fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80?

    c)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 2(a): id-dritt ta’ residenza tat-tfal Torok skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 jista’ diġà jiġi invokat f’każ li wieħed mill-ġenituri jkun ilu impjegat legalment fl-Istat Membru ospitanti għal perijodu ta’ tliet xhur (biss)?

    d)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda 2(a): id-dritt ta’ residenza tat-tfal Torok jinkludi wkoll dritt ta’ residenza għall-ġenitur jew għaż-żewġ ġenituri bil-kustodja, mingħajr il-bżonn li jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet ulterjuri?


    (1)  Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni.


    Top