EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62020CJ0415

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ April 2022.
Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH u F. Reyher Nchfg. GmbH & Co. KG vertr. d. d. Komplementärin Verwaltungsgesellschaft F. Reyher Nchfg. mbH vs Hauptzollamt Hamburg u Flexi Montagetechnik GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Kiel.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Drittijiet għar-rimbors jew għall-ħlas ta’ somom ta’ flus miġbura jew irrifjutati minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Dazji antidumping, dazji fuq l-importazzjoni, ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni u sanzjonijiet pekunjarji – Kunċett ta’ ‘ksur tad-dritt tal-Unjoni’ – Interpretazzjoni jew applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt – Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur tal-imsemmi dritt minn qorti tal-Unjoni jew minn qorti nazzjonali – Dritt għall-ħlas ta’ interessi – Perijodu kopert minn dan il-ħlas ta’ interessi.
Kawżi magħquda C-415/20 u C-419/20.

Recopilación de la Jurisprudencia. Recopilación general. Sección «Información sobre las resoluciones no publicadas»

Identificador Europeo de Jurisprudencia: ECLI:EU:C:2022:306

 SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)

28 ta’ April 2022 ( *1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Drittijiet għar-rimbors jew għall-ħlas ta’ somom ta’ flus miġbura jew irrifjutati minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Dazji antidumping, dazji fuq l-importazzjoni, ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni u sanzjonijiet pekunjarji – Kunċett ta’ ‘ksur tad-dritt tal-Unjoni’ – Interpretazzjoni jew applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt – Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur tal-imsemmi dritt minn qorti tal-Unjoni jew minn qorti nazzjonali – Dritt għall-ħlas ta’ interessi – Perijodu kopert minn dan il-ħlas ta’ interessi”

Fil-Kawżi magħquda C‑415/20, C‑419/20 u C‑427/20,

li għandhom bħala suġġett tliet talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal‑20 ta’ Awwissu 2020 u tal‑1 ta’ Settembru 2020, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7, it‑8 u l‑10 ta’ Settembru 2020, fil-proċeduri

Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH (C‑415/20),

F. Reyher Nchfg. GmbH & Co. KG vertr. d. d. Komplementärin Verwaltungsgesellschaft F. Reyher Nchfg. mbH (C‑419/20)

vs

Hauptzollamt Hamburg (C‑415/20 u C‑419/20)

u

Flexi Montagetechnik GmbH & Co. KG

vs

Hauptzollamt Kiel (C‑427/20),

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),

komposta minn A. Prechal, Presidenta tal-Awla, J. Passer (Relatur), F. Biltgen, N. Wahl u M. L. Arastey Sahún, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,

Reġistratur: A. Calot Escobar,

wara li rat il-proċedura bil-miktub,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

għal Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH, minn M. Niestedt u K. Göcke, Rechtsanwälte,

għal F. Reyher Nchfg. GmbH & Co. KG vertr. d. d. Komplementärin Verwaltungsgesellschaft F. Reyher Nchfg. mbH, minn S. Pohl u J. Sparr, Rechtsanwälte,

għal Flexi Montagetechnik GmbH & Co. KG, minn H. Bleier, Rechtsanwalt,

għall-Gvern Olandiż, inizjalment minn K. Bulterman, L. Noort u J. M. Hoogveld, sussegwentement minn K. Bulterman u M. Hoogveld, bħala aġenti,

għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Pethke u M. Salyková, bħala aġenti,

wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali fis-seduta tat‑13 ta’ Jannar 2022,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar ir-rimbors ta’ somom ta’ flus irċevuti mill-Istati Membri bi ksur ta’ dan id-dritt kif ukoll għall-ħlas tal-interessi korrispondenti.

2

Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tliet kawżi bejn, l-ewwel waħda, Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH (iktar ’il quddiem “Gräfendorfer”) u l-Hauptzollamt Hamburg (il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg, il-Ġermanja), it-tieni waħda, F. Reyher Nchfg. GmbH & Co. KG vertr. d. d. Komplementärin Verwaltungsgesellschaft F. Reyher Nchfg mbH (iktar ’il quddiem “Reyher”) kontra dan il-post tad-dwana prinċipali u, it-tielet, Flexi Montagetechnik GmbH & Co. KG (iktar ’il quddiem “Flexi Montagetechnik”) u l-Hauptzollamt Kiel (il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Kiel, il-Ġermanja), dwar talbiet intiżi, minn naħa, għar-rimbors ta’ somom ta’ flus imħallsa minn dawn id-diversi kumpanniji, għal raġunijiet differenti, lil dawn iż-żewġ postijiet tad-dwana prinċipali u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas tal-interessi korrispondenti.

Il-kuntest ġuridiku

Id-dritt tal-Unjoni

Il-leġiżlazzjoni tad-dwana

3

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali tal-Komunità”), tħassar u ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90, u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2, iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali tal-Unjoni”).

4

L-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità kien jipprevedi b’mod partikolari:

“Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu lura sakemm jiġi stabbilit li meta kien tħallas l-ammont ta’ dawk id-dazji ma kienx legalment dovut […].

[…]”

5

L-Artikolu 241 ta’ dan il-kodiċi kien jistipula b’mod partikolari:

“Ħlas lura mill-awtoritajiet kompetenti ta’ ammonti ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni jew ta’ imgħax ta’ kreditu jew imgħax fuq arretrati miġbura fuq il-ħlas ta’ dawk id-dazji m’għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ imgħax minn dawk l-awtoritajiet. Iżda, l-imgħax għandu jitħallas:

fejn deċiżjoni li tilqa’ talba għall-ħlas lura ma tiġix implimentata fi żmien tliet xhur mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni,

fejn dispożizzjonijiet nazzjonali jistipulaw hekk.

[…]”

6

L-Artikolu 116 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, intitolat “Provvedimenti ġenerali”, huwa fformulat kif ġej:

“1.   Soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima, l-ammonti tad-dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jinħafru għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

ammonti ta’ dazju tal-importazzjoni jew esportazzjoni mitluba żejda;

[…]

(ċ)

żball mill-awtoritajiet kompetenti;

[…]

6.   Il-ħlas lura m’għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ imgħax mill-awtoritajiet doganali kkonċernati.

Madankollu, għandu jitħallas imgħax fejn deċiżjoni li tagħti ħlas lura mhix implimentata fi żmien tliet xhur mid-data li fiha dik id-deċiżjoni ttieħdet, sakemm in-nuqqas li tiġi sodisfatta l-iskadenza kien barra mill-kontroll tal-awtoritajiet doganali.

F’tali każijiet, l-imgħax għandu jitħallas mid-data meta jiskadi l-perijodu ta’ tliet xhur sad-data tal-ħlas lura. […]

[…]”

Il-leġiżlazzjoni dwar ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli

7

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal‑15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 129), li tagħmel riferiment għalih il-qorti tar-rinviju, tħassar u ġie ssostitwit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 tas‑7 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU 2009, L 186, p. 1).

8

L-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 800/1999 kien jistipula, b’mod partikolari:

“Meta jinstab li l-esportatur bil-ħsieb li jakkwista għotja ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni jkun applika għal rifużjonijiet li jeċċedu lil dawk applikabbli, ir-rifużjonijiet dovuti għall-esportazzjoni relevanti għandhom ikunu dawk applikabbli għall-prodotti attwalment esportati, imnaqqsa b’:

(a)

nofs id-differenza bejn ir-rifużjonijiet li għalihom tkun saret applikazzjoni u dawk applikabbli għall-esportazzjoni attwali,

(b)

id-doppju tad-differenza bejn ir-rifużjonijiet li tkun saret applikazzjoni għalihom u dawk applikabbli meta l-esportatur intenzjonalment jipprovdi informazzjoni falza.

[…]”

9

L-Artikolu 48(1) tar-Regolament Nru 612/2009 jirriproduċi d-dispożizzjonijiet li kienu jinsabu qabel fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 800/1999.

Id-dritt Ġermaniż

Il-Kodiċi Fiskali

10

L’Abgabenordnung (il-Kodiċi Fiskali) (BGBl. 2002 I, p. 3866), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawżi prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Fiskali”), jistipula, fl-Artikolu 1 tiegħu, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni”:

“1.   Dan il-kodiċi japplika għat-taxxi kollha, inkluż ir-rimbors tat-taxxa, previsti mid-dritt federali jew mid-dritt tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu amministrati mill-amministrazzjoni federali tal-finanzi jew mill-amministrazzjoni tal-finanzi tal-Land. Dan il-kodiċi japplika biss bla ħsara għad-dritt tal-Unjoni.

[…]

3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kodiċi għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-ħlasijiet fiskali anċillari, bla ħsara għad-dritt tal-Unjoni […]”

11

L-Artikolu 3 ta’ dan il-kodiċi, li huwa intitolat “Taxxa u ħlasijiet fiskali anċillari”, jipprevedi b’mod partikolari:

“1.   It-taxxa hija provvista ta’ flus li ma tikkostitwixxi l-korrispettiv għall-ebda provvista partikolari u li hija imposta minn kollettività rregolata mid-dritt pubbliku, sabiex tiġġenera dħul, fuq kull persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet li magħhom il-liġi torbot l-obbligu li tipprovdi dan is-servizz; […]

[…]

3.   Id-dazji fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni, skont l-Artikolu 5(20) u (21) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandhom ikunu taxxi fis-sens ta’ dan il-Kodiċi. […]

4.   ‘Il-ħlasijiet fiskali anċillari’ huma

[…]

4)

interessi skont l-Artikoli 233 sa 237 ta’ dan il-kodiċi […],

[…]

8)

l-interessi fuq id-dazji fuq l-importazzjoni u fuq l-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 5(20) u (21) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

[…]”

12

Skont l-Artikolu 37 tal-imsemmi kodiċi, li huwa intitolat “Drittijiet li jirriżultaw mill-issuġġettar għat-taxxa”:

“1.   Id-drittijiet li jirriżultaw mill-issuġġettar għat-taxxa jinkludu l-ġbir tat-taxxa mingħand il-persuna taxxabbli, ir-rimbors tat-taxxa, […] il-ħlasijiet fiskali anċillari, ir-rimbors previst fil-paragrafu 2 kif ukoll il-ħlas lura tat-taxxa prevista fil-liġijiet fiskali speċjali.

2.   Kull persuna li f’isimha jkun sar il-ħlas jew ir-rimbors, mingħajr bażi legali, ta’ taxxa dovuta mill-persuna taxxabbli, ta’ rimbors tat-taxxa, […] jew ta’ ħlas fiskali anċillari għandha, fil-konfront tal-benefiċjarju tal-pagament, dritt għar-rimbors tal-ammont imħallas jew irrimborsat. […]”

13

Skont l-Artikolu 233 tal-istess kodiċi, li huwa intitolat “Prinċipju”:

“Id-drittijiet li jirriżultaw mill-issuġġettar għat-taxxa (Artikolu 37) ikollhom interessi biss sa fejn dan huwa previst bil-liġi. […]”

14

L-Artikolu 236 tal-Kodiċi Fiskali, li huwa intitolat “Interessi ġudizzjarji fuq l-ammonti dovuti”, jaqra kif ġej:

“1.   Fil-każ ta’ tnaqqis jew ta’ rimbors tat-taxxa permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li għandha l-awtorità ta’ res judicata jew wara tali deċiżjoni, għandhom jakkumulaw interessi fuq l-ammont dovut, bla ħsara għall-paragrafu (3), mid-data li tiġi adita l-qorti u sar-rimbors tiegħu. Jekk l-ammont li r-rimbors tiegħu huwa dovut tħallas biss wara li ġiet adita l-qorti, l-interessi għandhom jibdew jiddekorru mid-data tal-ħlas.

[…]”

Il-Liġi li Timplimenta l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq u l-Ħlasijiet Diretti

15

Il-Gesetz zur Durchführung der gemeinsamen Marktorganisationen und der Direktzahlungen (Marktorganisationsgesetz) (il-Liġi li Timplimenta l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq u l-Ħlasijiet Diretti) tas‑7 ta’ Novembru 2017 (BGBl. 2017 I, p. 3746), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali fil-Kawża C‑415/20 (iktar ’il quddiem il-“Liġi li Timplimenta l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq u l-Ħlasijiet Diretti” tipprevedi, fl-Artikolu 6 tagħha, intitolat “Benefiċċji”:

“1.   Il-Bundesministerium für Ernährung und Landwirtschaft [(il-Ministeru Federali għall-Ikel u l-Agrikoltura, il-Ġermanja)] huwa awtorizzat jadotta […] permezz ta’ regolamenti li ma humiex suġġetti għall-approvazzjoni tal-Bundesrat [(il-Kunsill Federali, il-Ġermanja)], sa fejn dan ikun neċessarju għall-implimentazzjoni

1)

tad-dispożizzjonijiet u tal-atti […] dwar il-prodotti li huma s-suġġett ta’ organizzazzjoni komuni tas-swieq […] f’dak li jirrigwarda

a)

il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjonijiet

[…]

dispożizzjonijiet proċedurali kif ukoll dispożizzjonijiet li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet u l-ammont ta’ dawn il-benefiċċji, sakemm ikunu ddeterminati, determinabbli jew limitati […]

[…]”

16

L-Artikolu 14 ta’ din il-liġi, intitolat “Interessi”, jistabbilixxi:

“1.   L-ammonti dovuti għall-ħlas mill-ġdid ta’ benefiċċju jew il-ksur ta’ kwalunkwe obbligu ieħor għandhom jagħtu interessi skont ir-rata bażika biż-żieda ta’ ħames punti perċentwali mill-ġurnata li fiha jkunu dovuti. […]

2.   L-ammonti dovuti fir-rigward ta’ benefiċċju jew intervent għandhom jagħtu interessi mid-data tar-rinviju lill-qorti, skont l-Artikoli 236, 238 u 239 tal-[Kodiċi Fiskali]. Mill-bqija ma għandhomx jirriżultaw fi ħlas ta’ interessi.”

Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari

Kawża C‑415/20

17

Gräfendorfer hija kumpannija stabbilita fil-Ġermanja, li tesporta karkassi tat-tjur lejn pajjiżi terzi.

18

Il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg irrifjuta li jagħtiha ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fuq karkassi ta’ tjur li hija kienet esportat lejn pajjiżi terzi bejn ix-xhur ta’ Jannar u ta’ Ġunju 2012, għar-raġuni li dawn kellhom jitqiesu li ma kinux ta’ “kwalità li tista’ tiġi kkummerċjalizzata”, fis-sens tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, peress li dawn ma kinux kompletament imnittfa, minn naħa, u li kienu jinkludu wisq ġewwieni, min-naħa l-oħra. Huwa imponielha wkoll sanzjoni pekunjarja, għar-raġuni li hija kienet talbet ħlas lura fuq l-esportazzjoni ogħla mill-ħlas lura applikabbli. Gräfendorfer ippreżentat appell intern kontra dan ir-rifjut, imbagħad ieħor kontra din is-sanzjoni pekunjarja.

19

Il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja) iddeċidiet sussegwentement, fil-kuntest ta’ rikorsi ġudizzjarji ppreżentati minn żewġ kumpanniji li ma humiex Gräfendorfer, li l-preżenza ta’ numru żgħir ta’ rix u ta’ ċertu numru ta’ ġewwieni fuq karkassi tat-tjur kellha tiġi kklassifikata, fid-dawl tas-sentenza tal‑24 ta’ Novembru 2011, Gebr. Stolle u Doux Geflügel (C‑323/10 sa C‑326/10, EU:C:2011:774), bħala element li ma jipprekludix l-għoti ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fuq dawn il-prodotti.

20

Fid-dawl ta’ din is-sentenza, il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg iddeċieda li jagħti lil Gräfendorfer il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mitluba minnha u li jirrimborsah is-sanzjoni pekunjarja li kienet ġiet imposta fuqha.

21

Permezz ta’ ittra tas‑16 ta’ April 2015, Gräfendorfer talbet lil dan il-Post tad-Dwana Prinċipali l-ħlas ta’ interessi kemm fuq dawn il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni kif ukoll fuq din is-sanzjoni pekunjarja, għall-perijodi kollha li matulhom hija kienet ġiet illegalment imċaħħda mill-possibbiltà li tuża s-somom ta’ flus korrispondenti. L-imsemmi post tad-dwana prinċipali suċċessivament ċaħad din it-talba, u sussegwentement l-appell intern ippreżentat minn Gräfendorfer kontra ċ-ċaħda tagħha.

22

Fit‑23 ta’ Mejju 2018, Gräfendorfer ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju, li insostenn tiegħu hija ssostni, essenzjalment, li d-dritt tal-Unjoni jagħti, lil kull persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li lilha l-ħlas ta’ somma flus kwalunkwe ġie rrifjutat jew impost minn awtorità nazzjonali bi ksur ta’ dan id-dritt, id-dritt li jinkiseb, flimkien mal-ħlas jew mar-rimbors ta’ din is-somma flus, il-ħlas ta’ interessi għall-perijodu kollu li matulu l-imsemmija somma flus ma kinitx disponibbli.

23

Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) tesponi, fl-ewwel lok, li ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt intern applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali ma tippermetti li tintlaqa’ t-talba għall-ħlas ta’ interessi mressqa minn Gräfendorfer u li l-eżitu ta’ dan l-aspett tat-tilwima jiddependi għalhekk mill-kwistjoni dwar jekk din it-talba tistax tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-ġurisprudenza tagħha dwar ir-rimbors, mill-awtoritajiet nazzjonali, ta’ somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuq persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.

24

Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tirrileva li minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li d-dritt tal-Unjoni jagħti lill-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi d-dritt li jiksbu, mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mhux biss ir-rimbors ta’ kull taxxa, ta’ kull kontribuzzjoni jew ta’ kull dritt li huma ħallsu bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda wkoll il-kumpens, fil-forma ta’ ħlas ta’ interessi, tat-telf ikkostitwit mill-indisponibbiltà tal-ammont ta’ din it-taxxa, ta’ din il-kontribuzzjoni jew ta’ dan id-dritt, għall-perijodu kollu li matulu dan l-ammont kien indisponibbli (sentenzi tad‑19 ta’ Lulju 2012, Littlewoods Retail et, C‑591/10, EU:C:2012:478, tas‑27 ta’ Settembru 2012, Zuckerfabrik Jülich et, C‑113/10, C‑147/10 u C‑234/10, EU:C:2012:591, kif ukoll tat‑18 ta’ April 2013, Irimie,C‑565/11, EU:C:2013:250). Madankollu, din il-qorti tirrileva li waħda mis-somom ta’ flus inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkostitwixxix taxxa, kontribuzzjoni jew dritt, iżda sanzjoni pekunjarja (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2002, Käserei Champignon Hofmeister,C‑210/00, EU:C:2002:440).

25

Skont l-imsemmija qorti, jista’ jkun hemm dubju raġonevoli dwar jekk tali sanzjoni pekunjarja għandhiex titqies li tħallset bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-imsemmija ġurisprudenza. Fil-fatt, ir-rimbors tal-ammont korrispondenti mill-awtorità nazzjonali kkonċernata ma seħħx wara l-annullament minn qorti nazzjonali jew l-invalidazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, rispettivament, tad-dritt intern jew tal-atti tad-dritt tal-Unjoni li abbażi tiegħu jew tagħhom ġiet imposta din is-sanzjoni pekunjarja, iżda wara sentenza li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat, fi proċedura preliminari, id-dritt tal-Unjoni b’mod li ma jikkorrispondix għall-interpretazzjoni li kienet ingħatat preċedentement minn din l-awtorità u li din tal-aħħar kienet ibbażat ruħha fuqha sabiex timponi l-imsemmija sanzjoni pekunjarja. Il-qorti tar-rinviju tqis konsegwentement li huwa neċessarju li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan is-suġġett, filwaqt li tiddikjara ruħha inklinata li tikkunsidra li, fil-każ fejn awtorità nazzjonali timponi sanzjoni pekunjarja fuq persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi billi tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, din is-sanzjoni pekunjarja għandha titqies li seħħet bi ksur ta’ dan id-dritt u, konsegwentement, li r-rimbors tal-ammont korrispondenti għandu jagħti lok għall-ħlas ta’ interessi li jkopru l-perijodu kollu li matulu dan l-ammont ma kienx disponibbli għal din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi.

26

Fit-tielet lok, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) tindika li, fl-assenza ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tippreċiża l-modalitajiet li bihom il-ħlas tardiv ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni u r-rimbors ta’ sanzjoni pekunjarja bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jagħtu lok għall-ħlas ta’ interessi, din il-kwistjoni għandha titqies li taqa’ taħt id-dritt intern ta’ kull Stat Membru. Issa, id-dritt Ġermaniż ma jistabbilixxix il-ħlas ta’ interessi bħala prinċipju ġenerali, iżda jipprevedih biss f’każijiet iddefiniti b’mod preċiż, li t-tilwima fil-kawża prinċipali ma taqax taħthom. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fih, b’mod partikolari dawk tal-Liġi li Timplimenta l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq u l-Ħlasijiet Diretti, jistabbilixxu, minn naħa, li persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi għandha d-dritt li tikseb il-ħlas ta’ interessi fuq ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fil-każ fejn hija tkun ippreżentat azzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtorità nazzjonali kompetenti illegalment irrifjutat li tagħtihom, iżda mhux f’dak fejn din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi tkun limitat ruħha li tippreżenta appell intern kontra tali deċiżjoni, bħal Gräfendorfer. Lanqas ma huma previsti interessi fil-każ ta’ rimbors ta’ sanzjoni pekunjarja mhux iġġustifikata. Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, anki fil-każ fejn l-imsemmija persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi tkun ippreżentat azzjoni ġudizzjarja, il-ħlas ta’ interessi jkun previst biss mid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors u mhux minn dik li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti.

27

Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk dawn id-dispożizzjonijiet, li għandhom bħala konsegwenza li jċaħħdu lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li lilha ngħataw ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni tard, wara li dawn ikunu ġew irrifjutati lilha illegalment, u li lilha ġiet imposta sanzjoni pekunjarja b’mod żbaljat, mill-kumpens kollu jew parti minnu li hija tista’ titlob minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-ammonti korrispondenti, fil-forma ta’ ħlas ta’ interessi, humiex konformi mar-rekwiżit ta’ effettività li jirregola l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri.

28

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja ż-żewġ domandi preliminari li ġejjin:

“1)

L-obbligu impost fuq l-Istati Membri, skont id-dritt tal-Unjoni, li jħallsu lura, flimkien mal-interessi, id-dazji miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni japplika wkoll fejn ir-raġuni għall-ħlas lura ma tkunx deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda l-interpretazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ (sub)intestatura tan-Nomenklatura Magħquda [li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382)]?

2)

Il-prinċipji li jirregolaw, skont id-dritt tal-Unjoni, id-dritt għall-ħlas tal-interessi stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha japplikaw ukoll għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li l-awtorità nazzjonali rrifjutat li tħallas, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni?”

Kawża C‑419/20

29

Reyher hija kumpannija stabbilita fil-Ġermanja, li importat fl-Unjoni, matul is-snin 2010 u 2011, qfieli minn kumpannija stabbilita fl-Indoneżja, li tikkostitwixxi s-sussidjarja ta’ kumpannija oħra li hija stabbilita fiċ-Ċina.

30

Il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg qies li dawn il-qfieli kellhom jitqiesu li joriġinaw miċ-Ċina u li kellhom, bħala tali, ikunu suġġetti, fil-każ ta’ importazzjoni fl-Unjoni, għad-dazji antidumping stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas‑26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2009, L 29, p. 1). Konsegwentement, huwa ddeċieda li jimponi l-ħlas ta’ dawn id-dazji antidumping fuq Reyher.

31

Filwaqt li ħallset l-imsemmija dazji antidumping, Reyher ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg).

32

F’deċiżjoni tat‑3 ta’ April 2019, din il-qorti qieset li d-dazji antidumping imposti fuq Reyher ma kinux legalment dovuti, peress li l-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg ma stabbilixxiex li l-qfieli importati fl-Unjoni minnha kienu joriġinaw miċ-Ċina.

33

Fix-xahar ta’ Mejju 2019, dan il-post tad-dwana prinċipali rrimborsa lil Reyher l-ammont tad-dazji antidumping ikkonċernati. Min-naħa l-oħra, huwa rrifjuta li jħallasha interessi fuq dan l-ammont, għall-perijodu bejn id-data tal-ħlas ta’ dawn id-dazji u d-data tar-rimbors tagħhom, u sussegwentement ċaħad l-appell intern ippreżentat kontra dan ir-rifjut mill-persuna kkonċernata.

34

Fl‑10 ta’ Frar 2020, Reyher ippreżentat rikors quddiem il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg), li insostenn tiegħu hija ssostni, essenzjalment, li mis-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2017, Wortmann (C‑365/15, EU:C:2017:19) jirriżulta li l-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li fir-rigward tagħha awtorità nazzjonali imponiet dazji antidumping bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għandha dritt mhux biss għar-rimbors tal-ammont ta’ dawn id-dazji antidumping, iżda wkoll għall-ħlas ta’ interessi fuq dan l-ammont, għall-perijodu kollu mid-data li fiha dan tħallas sa dik meta ġie rrimborsat. Barra minn hekk, Reyher issostni li l-ħlas ta’ dazji antidumping għandu jitqies li sar bi ksur tad-dritt tal-Unjoni mhux biss fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tinvalida r-regolament li impona dawn id-dazji, kif għamlet f’din is-sentenza, iżda wkoll fil-każ fejn qorti nazzjonali tikkonstata li awtorità nazzjonali tkun għamlet applikazzjoni żbaljata ta’ dan ir-regolament, billi imponiet b’mod żbaljat dazji antidumping fuq persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi abbażi tiegħu, bħal f’dan il-każ.

35

Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, fl-ewwel lok, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) tesponi, qabel kollox, li mill-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Fiskali jirriżulta li persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li tkun ppreżentat azzjoni ġudizzjarja kontra deċiżjoni li timponilha li tħallas dazji antidumping għandha d-dritt, fil-każ fejn jirriżulta li dan il-ħlas ma kienx legalment dovut, li tikseb il-ħlas ta’ interessi fuq l-ammont tad-dazji kkonċernati għall-perijodu mid-data li fiha tiġi adita l-qorti sa dik tar-rimbors ta’ dan l-ammont. Sussegwentement, hija tosserva li l-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2017, Wortmann (C‑365/15, EU:C:2017:19), ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tal-Kodiċi Fiskali. Fl-aħħar nett, hija tqis li l-Artikolu 116 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li ssostitwixxa l-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u li huwa fformulat f’termini differenti minnu, ma huwiex applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali.

36

Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tindika li ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt intern applikabbli għal din il-kawża ma tippermetti li tintlaqa’ t-talba għall-ħlas ta’ interessi mressqa minn Reyher għall-perijodu mid-data li fiha l-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Hamburg iddeċieda li jimponilha l-ħlas ta’ dazji antidumping sad-data li fiha hija ppreżentat azzjoni ġudizzjarja kontra din id-deċiżjoni.

37

Fit-tielet u l-aħħar lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tippermettix li tintlaqa’ din it-talba għall-perijodu kkonċernat. F’dan ir-rigward, hija tosserva, b’mod partikolari, li mis-sentenza tad‑19 ta’ Lulju 2012, Littlewoods Retail et (C‑591/10, EU:C:2012:478), jidher li jirriżulta li, fil-każ fejn awtorità nazzjonali tkun imponiet il-ħlas ta’ dazju lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi billi tagħmel applikazzjoni żbaljata ta’ att jew ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni u fejn qorti nazzjonali tkun ikkonstatat l-eżistenza ta’ tali ksur tad-dritt tal-Unjoni, din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi għandha d-dritt li tikseb mhux biss ir-rimbors tal-ammont tad-dazju mħallas indebitament, iżda wkoll l-ħlas ta’ interessi fuq dan l-ammont, għall-perijodu kollu mid-data tal-ħlas tiegħu sa dik tar-rimbors tiegħu. Barra minn hekk, hija tirrileva li r-raġuni wara din is-sentenza u l-ġurisprudenza li fil-kuntest tagħha tinsab tidher li hija li terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha tali persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi fl-assenza ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, billi jippermettilha tirkupra s-somma kollha li kien ikollha kieku din l-illegalità ma seħħitx.

38

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:

“Il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħala kundizzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, tad-dritt għall-ħlas tal-interessi żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, jirriżulta wkoll meta awtorità nazzjonali timponi dazji skont id-dritt tal-Unjoni iżda qorti nazzjonali tikkonstata sussegwentement li l-kundizzjonijiet konkreti għall-impożizzjoni ta’ dawn id-dazji ma jkunux issodisfatti?”

Kawża C‑427/20

39

Flexi Montagetechnik hija kumpannija stabbilita fil-Ġermanja, li importat fl-Unjoni bolt hooks li jintużaw fil-produzzjoni ta’ ċineg tal-klieb.

40

Il-Post tad-Dwana Prinċipali ta’ Kiel qies li dawn il-bolt hooks kienu jaqgħu taħt intestatura tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87 differenti minn dik iddikjarata minn Flexi Montagetechnik u li, minħabba f’hekk, kellhom jiġu applikati dazji fuq l-importazzjoni ta’ ammont ogħla minn dawk imħallsa minnha. Konsegwentement, huwa ddeċieda li jemenda, f’dan ir-rigward, l-ammont ta’ dawn id-dazji fuq l-importazzjoni.

41

Filwaqt li ħallset id-differenza bejn l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni mħallsa inizjalment u l-ammont tagħhom kif jirriżulta minn din l-emenda, Flexi Montagetechnik bdiet, matul ix-xahar ta’ Settembru 2014, proċedura ġudizzjarja li, fl-aħħar mill-aħħar, wasslet lill-Bundesfinanzhof (il-Qorti Federali tal-Finanzi, il-Ġermanja) sabiex tagħti, fl‑20 ta’ Ġunju 2017, sentenza li permezz tagħha hija ddeċidiet li l-bolt hooks ikkonċernati kienu jaqgħu taħt l-intestatura ddikjarata minnha u annullat, konsegwentement, l-atti li permezz tagħhom il-Post tad-Dwana Prinċipali kien emenda l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni korrispondenti.

42

Dan il-Post tad-Dwana Prinċipali għalhekk irrimborsa lil Flexi Montagetechnik id-differenza bejn l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni mħallsa inizjalment minnha u l-ammont tagħhom kif sussegwentement emendat. Min-naħa l-oħra, huwa rrifjuta li jħallasha interessi fuq din id-differenza għall-perijodu mid-data tal-ħlas ta’ dawn id-dazji sa dik tar-rimbors parzjali tagħhom, u sussegwentement ċaħad l-appell intern ippreżentat kontra dan ir-rifjut.

43

Flexi Montagetechnik ippreżentat azzjoni ġudizzjarja kontra l-imsemmi rifjut, li warajha l-imsemmi Post tad-Dwana Prinċipali ħallasha interessi għall-perijodu mid-data li fiha hija kienet ippreżentat il-proċedura ġudizzjarja msemmija fil-punt 41 ta’ din is-sentenza sad-data li fiha huwa kien irrimborsa d-differenza bejn l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni inizjalment imħallsa minnha u l-ammont tagħhom kif sussegwentement emendat.

44

Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg), li hija adita b’din l-azzjoni ġudizzjarja, tistaqsi dwar jekk Flexi Montagetechnik tistax, fl-assenza ta’ dispożizzjoni tad-dritt sekondarju tal-Unjoni jew tad-dritt intern f’dan ir-rigward, tislet mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dritt għall-ħlas ta’ interessi fuq is-somma li l-amministrazzjoni doganali talbitha bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, għall-perijodu bejn id-data tal-ħlas ta’ din is-somma u d-data li fiha l-persuna kkonċernata ppreżentat l-imsemmija proċedura ġudizzjarja.

45

Il-kunsiderazzjonijiet li din il-qorti tiżviluppa dwar dan is-suġġett jikkorrispondu, essenzjalment, għal dawk li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tar-rinviju tagħha fil-Kawża C‑419/20, kif miġbura fil-qosor fil-punti 35 sa 37 ta’ din is-sentenza.

46

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Hamburg (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Hamburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:

“Il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħala kundizzjoni, skont id-dritt tal-Unjoni, tad-dritt għall-ħlas tal-interessi żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, jirriżulta wkoll meta awtorità nazzjonali timponi dazji bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni validi u meta dan il-ksur ikun ikkonstatat minn qorti nazzjonali?”

Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

47

Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑9 ta’ Ottubru 2020, il-kawżi C‑415/20, C‑419/20 u C‑427/20 ġew magħquda għall-finijiet tal-fażi bil-miktub tal-proċedura.

48

Permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑27 ta’ April 2021, dawn ingħaqdu wkoll għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura u tas-sentenza sussegwenti.

Fuq id-domandi preliminari

49

Bħalma jirriżulta mid-dikjarazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjonijiet tar-rinviju li taw lok għat-tliet kawżi magħquda, kif miġbura fil-qosor fil-punti 23 sa 27, 31 sa 37 u 41 sa 45 ta’ din is-sentenza, id-diversi domandi indirizzati lill-Qorti tal-Ġustizzja jikkoinċidu fuq diversi punti u jeħtieġu, għal din ir-raġuni, eżami globali.

50

Fid-dawl tal-formulazzjoni rispettiva ta’ dawn id-diversi domandi u tal-mistoqsijiet li jsostnuhom, kif jirriżultaw minn dawn il-punti, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-imsemmija domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhomx jiġu interpretati fis-sens:

l-ewwel, li huma japplikaw fl-ipoteżi fejn is-somom ta’ flus inkwistjoni jikkorrispondu, minn naħa, għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ngħataw tard lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, wara li jkunu ġew irrifjutati lilha bi ksur ta’ dan id-dritt, u, min-naħa l-oħra, għal sanzjoni pekunjarja li ġiet imposta fuq din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi minħabba dan il-ksur;

it-tieni, li huma japplikaw meta minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew minn deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali jirriżulta li l-ħlas tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni, skont il-każ, ġie rrifjutat jew impost minn awtorità nazzjonali abbażi jew ta’ interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, jew ta’ applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt, u

it-tielet, li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta l-ħlas tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni jkun ġie, skont il-każ, irrifjutat jew impost bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-ħlas ta’ interessi, minn naħa, huwa dovut biss jekk tkun ġiet ippreżentata azzjoni ġudizzjarja sabiex jinkiseb il-ħlas jew ir-rimbors tas-somma flus inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, jista’ jsir biss għall-perijodu mid-data tal-preżentata ta’ din l-azzjoni sad-data tad-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kompetenti, bl-esklużjoni tal-perijodu preċedenti.

51

F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi, qabel xejn, li kull persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li lilha awtorità nazzjonali tkun imponiet il-ħlas ta’ taxxa, ta’ dazju jew ta’ soprataxxa oħra bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ikollha, skont dan tal-aħħar, id-dritt li tikseb mill-Istat Membru kkonċernat ir-rimbors tas-somma flus korrispondenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑9 ta’ Novembru 1983, San Giorgio, 199/82, EU:C:1983:318, punt 12; tat‑8 ta’ Marzu 2001, Metallgesellschaft et, C‑397/98 u C‑410/98, EU:C:2001:134, punt 84, kif ukoll tad‑9 ta’ Settembru 2021, Hauptzollamt B (Tnaqqis ta’ taxxa fakultattiv), C‑100/20, EU:C:2021:716, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).

52

Barra minn hekk, tali persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi għandha d-dritt, ukoll skont id-dritt tal-Unjoni, li tikseb mingħand dan l-Istat Membru mhux biss ir-rimbors tas-somma flus miġbura indebitament, iżda wkoll il-ħlas ta’ interessi sabiex tiġi kkumpensata l-indisponibbiltà ta’ din tal-aħħar (ara s-sentenzi tad‑19 ta’ Lulju 2012, Littlewoods Retail et, C‑591/10, EU:C:2012:478, punti 24 sa 26, kif ukoll tad‑9 ta’ Settembru 2021, Hauptzollamt B (Tnaqqis ta’ taxxa fakultattiv), C‑100/20, EU:C:2021:716, punti 2627).

53

Tali drittijiet għar-rimbors tas-somom ta’ flus li Stat Membru impona l-ħlas tagħhom lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u għall-ħlas tal-interessi fuq dawn is-somom jikkostitwixxu l-espressjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ rkupru ta’ pagament mhux dovut (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Settembru 2011, Lady & Kid et, C‑398/09, EU:C:2011:540, punti 18, 2026).

54

Fid-dawl tan-natura ġenerali tal-prinċipju li huma jikkostitwixxu l-espressjoni tiegħu, għandu jiġi kkunsidrat, minn naħa, li dawn iż-żewġ drittijiet japplikaw fl-ipoteżi fejn is-somma flus li Stat Membru impona fuq persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li tħallas tikkostitwixxi sanzjoni pekunjarja imposta b’mod żbaljat b’applikazzjoni ta’ att tad-dritt tal-Unjoni jew ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt intern adottati minn dan l-Istat Membru sabiex jeżegwixxi tali att, li jittrasponih jew jiżgura l-osservanza tiegħu. Bħal taxxa, dazju jew kull soprataxxa oħra imħallsa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, tali sanzjoni pekunjarja għandha konsegwentement tiġi rrimborsata lill-persuna kkonċernata, li lilha huma wkoll dovuti interessi intiżi sabiex jikkumpensaw l-indisponibbiltà tas-somma flus korrispondenti.

55

Minn dan isegwi li l-imsemmija drittijiet japplikaw, b’mod partikolari, għal sanzjoni pekunjarja bħal dik inkwistjoni fil-Kawża C‑415/20, li hija intiża sabiex tippermetti lill-Istati Membri jiżguraw l-osservanza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li għaliha tagħmel riferiment il-qorti tar-rinviju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2002, Käserei Champignon Hofmeister, C‑210/00, EU:C:2002:440, punti 40, 6066).

56

Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tal-kwistjoni dwar jekk id-dritt li jinkiseb il-ħlas ta’ interessi għandux, barra minn hekk, jiġi applikat fil-każ fejn tali ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni tħallsu tard lill-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li tkun talbet li jingħatawlha, wara li jkunu ġew irrifjutati lilha mill-awtorità nazzjonali kompetenti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi rrilevat li tali ipoteżi hija kkaratterizzata miċ-ċirkustanza li l-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi ġiet imċaħħda, għal perijodu ta’ żmien partikolari, mis-somma flus li tikkorrispondi għal dawn il-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, minħabba dan id-dewmien, li huwa nnifsu huwa l-konsegwenza ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni.

57

Issa, din is-sitwazzjoni hija paragunabbli ma’ dik ta’ persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi li tkun ġiet imċaħħda, għal perijodu ta’ żmien partikolari, mis-somma flus li tikkorrispondi għal taxxa, għal dazju jew għal soprataxxa oħra li Stat Membru jkun talab il-ħlas tagħha, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, u li għandha dritt, għal dan l-għan, għall-ħlas ta’ interessi intiżi sabiex jikkumpensaw l-indisponibbiltà ta’ din is-somma flus, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 52 ta’ din is-sentenza.

58

Għaldaqstant, għandu jiġi ammess, b’analoġija, li, fil-każ fejn ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni tħallsu tard lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, din tal-aħħar għandha d-dritt li tikseb il-ħlas ta’ interessi intiżi sabiex jikkumpensaw l-indisponibbiltà tas-somma flus korrispondenti.

59

Għalhekk mill-punti 51 sa 58 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw fil-każ li s-somom ta’ flus inkwistjoni jikkorrispondu, minn naħa, għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ngħataw tard lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, wara li jkunu ġew irrifjutati lilha bi ksur ta’ dan id-dritt, u, min-naħa l-oħra, għal sanzjoni pekunjarja li ġiet imposta fuq din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi minħabba dan il-ksur.

60

Fit-tieni lok, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punti 51 u 52 ta’ din is-sentenza jirriżulta li hija ċ-ċirkustanza li l-ħlas ta’ taxxa, ta’ dazju, jew ta’ soprataxxa oħra ġiet imposta minn awtorità nazzjonali “bi ksur tad-dritt tal-Unjoni” li hija l-bażi tad-dritt u tiġġustifikah, għall-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jkunu ħallsu indebitament is-somma flus korrispondenti, li jiksbu r-rimbors tagħha mill-Istat Membru li jkun ġabarha kif ukoll il-ħlas tal-interessi min-naħa ta’ dan tal-aħħar.

61

F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, qabelxejn, li tali ksur jista’ jirrigwarda kwalunkwe regola tad-dritt tal-Unjoni, kemm jekk tirrigwarda dispożizzjoni tad-dritt primarju jew tad-dritt sekondarju (ara s-sentenzi tad‑9 ta’ Novembru 1983, San Giorgio, 199/82, EU:C:1983:318, punt 12, u tad‑9 ta’ Settembru 2021, Hauptzollamt B (Tnaqqis ta’ taxxa fakultattiv), C‑100/20, EU:C:2021:716, punt 26), kif ukoll ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2021, Hauptzollamt B (Tnaqqis ta’ taxxa fakulattiv), C‑100/20, EU:C:2021:716, punt 28).

62

Fir-rigward, sussegwentement, tan-natura ta’ dan il-ksur, mill-punti 53 sa 59 ta’ din is-sentenza jirriżulta li d-drittijiet għar-rimbors u għall-ħlas ta’ interessi li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni jikkostitwixxu l-espressjoni ta’ prinċipju ġenerali, li l-applikazzjoni tiegħu ma hijiex limitata għal ċertu ksur ta’ dan id-dritt jew eskluża fil-preżenza ta’ oħrajn.

63

Minn dan isegwi li dawn id-drittijiet jistgħu jiġu invokati mhux biss fil-każ li awtorità nazzjonali tkun imponiet fuq persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi l-obbligu li tħallas somma flus, f’forma bħal imposta, taxxa jew dazju antidumping, abbażi ta’ att tal-Unjoni li jirriżulta li huwa vvizzjat b’illegalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑27 ta’ Settembru 2012, Zuckerfabrik Jülich et, C‑113/10, C‑147/10 u C‑234/10, EU:C:2012:591, punti 6569, kif ukoll tat‑18 ta’ Jannar 2017, Wortmann, C‑365/15, EU:C:2017:19, punti 3437), iżda wkoll f’sitwazzjonijiet oħrajn.

64

Għalhekk, jistgħu jiġu invokati, b’mod partikolari, fil-każ li l-ħlas ta’ taxxa jkun ġie impost fuq persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżulta li hija kuntrarja għal dispożizzjoni tad-dritt primarju jew tad-dritt sekondarju tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑8 ta’ Marzu 2001, Metallgesellschaft et, C‑397/98 u C‑410/98, EU:C:2001:134, punti 82 sa 8496, kif ukoll tal‑15 ta’ Ottubru 2014, Nicula, C‑331/13, EU:C:2014:2285, punti 27 sa 31), jew anki f’dak fejn jirriżulta li huwa billi saret applikazzjoni żbaljata, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, ta’ att tal-Unjoni jew ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tiżgura l-eżekuzzjoni jew it-traspożizzjoni ta’ tali att, li awtorità nazzjonali imponiet il-ħlas ta’ taxxa fuq din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑19 ta’ Lulju 2012, Littlewoods Retail et, C‑591/10, EU:C:2012:478, punti 10, 1134, kif ukoll tad‑9 ta’ Settembru 2021, Hauptzollamt B (Tnaqqis fiskali fakultattiv), C‑100/20, EU:C:2021:716, punti 25 sa 36).

65

Issa, mid-dikjarazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li t-tliet sitwazzjonijiet legali u fattwali li dwarhom din tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jaqgħu taħt dan l-aħħar każ. Fil-fatt, dawn id-dikjarazzjonijiet juru li, fir-rigward tal-Kawża C‑415/20, huwa billi wettqet applikazzjoni skorretta tad-dritt tal-Unjoni, li toriġina minn interpretazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt, li l-awtorità nazzjonali kkonċernata rrifjutat li tagħti ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi u imponiet fuqha sanzjoni pekunjarja. Bl-istess mod, fil-Kawżi C‑419/20 u C‑427/20, huwa billi wettqu applikazzjoni skorretta tad-dritt tal-Unjoni, li toriġina minn żball ta’ liġi jew minn żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti, li l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati imponew, rispettivament, dazji antidumping u dazji fuq l-importazzjoni fuq persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi.

66

Fl-aħħar nett, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li l-eżistenza ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, li jagħti dritt għal rimbors kif ukoll għall-ħlas ta’ interessi għall-benefiċċju tal-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi kkonċernata u li timponi konsegwenzjalment fuq l-Istat Membru inkwistjoni li jagħmel dan ir-rimbors u dan il-ħlas ta’ interessi, tista’ tiġi stabbilita mhux biss mill-qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2017, Wortmann, C‑365/15, EU:C:2017:19, punt 37), li hija biss għandha kompetenza sabiex tannulla att tal-Unjoni jew sabiex tikkonstata l-invalidità tiegħu (sentenzi tat‑22 ta’ Ottubru 1987, Foto-Frost, 314/85, EU:C:1987:452, punti 15 sa 20, u tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Schrems, C‑362/14, EU:C:2015:650, punt 62), iżda wkoll minn qorti nazzjonali, kemm jekk tkun imsejħa tislet il-konsegwenzi ta’ konstatazzjoni ta’ illegalità jew ta’ invalidità magħmula minn qabel mill-qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2017, Wortmann, C‑365/15, EU:C:2017:19, punt 38) jew sabiex tikkonstata li att adottat minn awtorità nazzjonali huwa vvizzjat minn implimentazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni.

67

F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 19 TUE jagħti r-responsabbiltà li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha u l-protezzjoni ġudizzjarja li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu minn dan id-dritt mhux biss lill-qorti tal-Unjoni nnifisha, iżda wkoll lill-qrati nazzjonali, li għandhom għalhekk il-kompitu, b’kollaborazzjoni magħha, li jiżguraw l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati, hekk kif l-Avukata Ġenerali fakkret fil-punti 82 u 83 tal-konklużjonijiet tagħha.

68

Barra minn hekk, fil-każ ta’ dubju dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’każ partikolari, dawn il-qrati nazzjonali għandhom, skont il-każ, il-fakultà jew l-obbligu li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari, konformement mal-Artikolu 267 TFUE, u huwa mfakkar li s-sentenzi preliminari għal interpretazzjoni mogħtija minn din tal-aħħar jiċċaraw u jippreċiżaw, meta jkun meħtieġ dan, it-tifsira u l-portata tar-regoli tad-dritt li jiġu interpretati fihom, hekk kif dawn għandhom jew kellhom jinftiehmu u jiġu applikati mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom (sentenza tas‑7 ta’ Awwissu 2018, Hochtief, C‑300/17, EU:C:2018:635, punt 55).

69

Konsegwentement, mill-punti 59 sa 68 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma għandhom, b’mod ġenerali u bla ħsara għall-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet f’każ partikolari, japplikaw meta minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew minn deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali jirriżulta li l-ħlas ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni jkun ġie, skont il-każ, irrifjutat jew impost minn awtorità nazzjonali abbażi jew ta’ interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, jew ta’ applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt.

70

Fit-tielet u l-aħħar lok, id-dritt għall-ħlas tal-interessi msemmi fil-punt 52 ta’ din is-sentenza għandu bħala għan, bħalma jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata f’dan il-punt, li jikkumpensa l-indisponibbiltà tas-somma flus li l-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi kkonċernata ġiet indebitament miċħuda minnhom.

71

Dan il-kumpens jista’ jsir, skont il-każ, skont il-modalitajiet li huma previsti mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew, fl-assenza ta’ tali leġiżlazzjoni, skont dawk li japplikaw skont id-dritt nazzjonali.

72

F’dan il-każ, bħalma tirrileva l-qorti tar-rinviju, il-kawżi prinċipali fil-Kawżi C‑419/20 u C‑427/20 jirrigwardaw somom ta’ flus li jikkorrispondu għal dazji doganali mhux dovuti. Issa, ir-rimbors ta’ dawn id-dazji huwa rregolat, sa ċertu punt, minn leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni, jiġifieri dik applikabbli fil-qasam doganali, bħalma jirriżulta mill-punti 3 sa 6 ta’ din is-sentenza. Min-naħa l-oħra, il-kawża prinċipali fil-Kawża C‑415/20 tirrigwarda somom ta’ flus li jikkorrispondu għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli mħallsa tard kif ukoll għal sanzjoni pekunjarja imposta b’mod żbaljat. Issa, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li hija applikabbli f’dan il-qasam, iċċitati fil-punti 7 sa 9 ta’ din is-sentenza, ma jipprevedux arranġamenti komparabbli għal dak li ġie stabbilit għad-dazji doganali mhux dovuti.

73

Fid-dawl ta’ din id-differenza fis-sitwazzjoni, għandu jiġi osservat, qabel xejn, li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-rimbors tad-dazji doganali mhux dovuti, kif previst fl-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, li huwa applikabbli ratione temporis skont il-qorti tar-rinviju, għandu jagħti lok għall-ħlas ta’ interessi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2017, Wortmann, C‑365/15, EU:C:2017:19, punti 36 sa 38). Barra minn hekk, l-eċċezzjoni għal dan il-prinċipju ġenerali, imsemmija fl-Artikolu 241 ta’ dan il-kodiċi, ma hijiex applikabbli fil-każ fejn, bħal f’dan il-każ, ir-raġuni għalfejn dawn id-dazji ma humiex dovuti hija li jkunu nġabru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2017, Wortmann, C‑365/15, EU:C:2017:19, punti 25 sa 27). Kif l-Avukata Ġenerali rrilevat fil-punti 103 u 109 tal-konklużjonijiet tagħha, l-istess japplika għall-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 116(6) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li issa jirriproduċi, essenzjalment, il-kontenut tal-Artikolu 241 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

74

F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi rrilevat, sussegwentement, fir-rigward kemm tad-dazji doganali inkwistjoni fil-Kawżi C‑419/20 u C‑427/20 kif ukoll tas-sanzjoni pekunjarja inkwistjoni fil-Kawża C‑415/20, li, bħalma jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jipprevedi l-modalitajiet li bihom għandhom jitħallsu interessi fil-każ ta’ rimbors ta’ somom ta’ flus miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, dawn il-modalitajiet għandhom josservaw il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, rekwiżit li l-osservanza tiegħu timplika, b’mod partikolari, li dawn ma jiġux żviluppati b’mod li jagħmlu eċċessivament diffiċli jew prattikament impossibbli l-eżerċizzju tad-dritt għall-ħlas ta’ interessi ggarantit mid-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenzi tad‑19 ta’ Lulju 2012, Littlewoods Retail et, C‑591/10, EU:C:2012:478, punti 2728, kif ukoll tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Târşia, C‑69/14, EU:C:2015:662, punti 2627). Rekwiżiti analogi japplikaw ukoll fil-każ ta’ ħlas tardiv ta’ somma flus dovuta skont id-dritt tal-Unjoni, bħal dik li tikkorrispondi għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni inkwistjoni fil-Kawża C‑415/20.

75

B’mod partikolari, tali modalitajiet ta’ ħlas ta’ interessi ma għandhomx iwasslu sabiex iċaħħdu lill-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi kkonċernata minn kumpens xieraq għat-telf li jkun ġie kkawżat lilha, li jippreżumi, b’mod partikolari, li l-interessi mħallsa lilha jkunu jkopru l-perijodu kollu, skont il-każ, mid-data li fiha hija ħallset jew kellha titħallas is-somma flus inkwistjoni sad-data li fiha din tiġi rrimborsata jew imħallsa lilha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑18 ta’ April 2013, Irimie, C‑565/11, EU:C:2013:250, punti 26 sa 28, kif ukoll tat‑23 ta’ April 2020, Sole-Mizo u Dalmandi Mezőgazdasági, C‑13/18 u C‑126/18, EU:C:2020:292, punti 43, 4951).

76

Minn dan isegwi li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi arranġament ġuridiku li ma jissodisfax dan ir-rekwiżit u li, konsegwentement, ma jippermettix l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet għar-rimbors u għall-ħlas ta’ interessi ggarantiti minn dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑18 ta’ April 2013, Irimie, C‑565/11, EU:C:2013:250, punt 29, u tal‑15 ta’ Ottubru 2014, Nicula, C‑331/13, EU:C:2014:2285, punti 3839).

77

Għaldaqstant, l-imsemmi dritt jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema l-ħlas ta’ interessi relatati ma’ somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie, skont il-każ, impost jew irrifjutat lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jista’ jsir biss għall-perijodu mid-data tal-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex jinkiseb ir-rimbors jew l-għoti ta’ dawn is-somom ta’ flus sad-data tad-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kompetenti, bl-esklużjoni tal-perijodu preċedenti, bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Tali interessi għandhom, fil-fatt, ikunu jistgħu jintalbu u jinkisbu wkoll mill-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi kkonċernata għall-perijodu bejn id-data li fiha s-somma flus inkwistjoni tħallset lill-Istat Membru kkonċernat jew kellha tingħata minnha lilu sad-data li fiha tiġi ppreżentata tali azzjoni.

78

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-mistoqsijiet tal-qorti tar-rinviju dwar jekk huwiex possibbli għal leġiżlatur nazzjonali li jipprevedi li l-ħlas ta’ interessi jista’, fi kwalunkwe każ, jibbenefika biss lill-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jkunu ppreżentaw azzjoni ġudizzjarja sabiex jiksbu r-rimbors jew l-għoti ta’ somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ikun ġie impost fuqhom jew irrifjutat lilhom bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, bl-esklużjoni tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jkunu sempliċement ippreżentaw appell intern jew ilment amministrattiv minn qabel quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti, li jkun ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni espliċita jew impliċita ta’ din tal-aħħar, għandu jiġi speċifikat li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni ma jeħtieġx, bħala prinċipju, li l-awtoritajiet nazzjonali jipproċedu ex officio għar-rimbors jew għall-ħlas ta’ tali somom u għal tali ħlas ta’ interessi, fl-assenza ta’ kwalunkwe inizjattiva kontenzjuża tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi intiża sabiex jiġu rrispettati dawn id-drittijiet.

79

Bħalma ġie espost fil-punt 74 ta’ din is-sentenza, il-marġni ta’ manuvra li l-Istati Membri għandhom, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sabiex jispeċifikaw il-modalitajiet ta’ ħlas ta’ interessi fuq is-somom ta’ flus li tħallsu indebitament lilhom jew li inżammu indebitament għandu jiġi eżerċitat fl-osservanza tal-prinċipju ta’ effettività u, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, ma għandux iwassal sabiex l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jsir eċċessivament diffiċli jew prattikament impossibbli.

80

Din il-kwistjoni għandha hija stess tiġi analizzata, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, f’kull każ fejn tqum, il-post tad-dispożizzjoni jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kkonċernati fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura u l-karatteristiċi partikolari ta’ dawn id-dispożizzjonijiet quddiem id-diversi istanzi nazzjonali (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Târşia, C‑69/14, EU:C:2015:662, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’din il-perspettiva, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħall-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura (sentenzi tal‑14 ta’ Diċembru 1995, Peterbroeck, C‑312/93, EU:C:1995:437, punt 14, kif ukoll tas‑6 ta’ Ottubru 2021, Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi, C‑561/19, EU:C:2021:799, punt 63). Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 75 ta’ din is-sentenza, hemm lok li jiġi ddeterminat jekk ir-regoli tad-dritt nazzjonali dwar l-interessi li huma inkwistjoni f’każ partikolari jwasslux sabiex iċaħħdu lill-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi minn kumpens xieraq għat-telf li jkun ġie kkawżat lilha.

81

Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali f’dan il-każ tirrendix eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom mill-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li, filwaqt li ma ppreżentawx azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex jinkiseb il-ħlas ta’ somma flus li ġiet irrifjutata lilhom jew ir-rimbors ta’ somma flus li huma ħallsu, xorta waħda ħadu l-inizjattiva li jippreżentaw appell intern jew ilment amministrattiv għal dan l-għan. Fil-kuntest ta’ din l-analiżi, hija l-imsemmija qorti, b’mod partikolari, li għandha tieħu inkunsiderazzjoni u, jekk ikun il-każ, li tibbilanċja l-interessi marbuta rispettivament mal-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, mal-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura kif ukoll mar-rispett tad-dritt tal-Unjoni u tad-drittijiet li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu minnu.

82

Fir-rigward taċ-ċirkustanzi proprji għall-Kawża C‑415/20, għandu madankollu jiġi ppreċiżat, b’mod ġenerali u bħalma għamlet l-Avukata Ġenerali fil-punt 124 tal-konklużjonijiet tagħha, li d-deċiżjoni tar-rinviju u l-osservazzjonijiet bil-miktub li ġew ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jinkludu ebda element ta’ spjegazzjoni li jistgħu jiġġustifikaw li, fi tmiem tali bbilanċjar, il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi tiġi rrifjutata d-dritt għall-ħlas tal-interessi għas-sempliċi raġuni li hija ma ppreżentatx azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex tikseb il-ħlas ta’ somma li kienet ġiet irrifjutata lilha jew ir-rimbors ta’ somma li kienet ġiet imposta fuqha bħala sanzjoni pekunjarja, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.

83

F’dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’, mingħajr ma taffettwa d-drittijiet tat-terzi, tadotta deċiżjoni li tagħti s-somma flus li l-għoti tagħha ġie inizjalment irrifjutat jew ir-rimbors ta’ dik li l-ħlas tagħha kien ġie inizjalment impost, b’tali mod li l-ħlas ta’ interessi ma jikkontradixxix deċiżjoni amministrattiva definittiva, kif jidher li għamlet l-awtorità kompetenti f’dan il-każ, billi tmur lura fuq id-deċiżjonijiet inizjali li permezz tagħhom hija kienet irrifjutat li tagħti l-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mitluba mill-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, u wara imponiet sanzjoni pekunjarja fuqha.

84

Għalhekk mill-punti 70 sa 83 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta l-ħlas ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni jkun ġie, skont il-każ, irrifjutat jew impost bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-ħlas tal-interessi għandu jsir biss għall-perijodu bejn id-data tal-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja intiża li jinkiseb il-ħlas ta’ somma flus li ġiet irrifjutata lilhom jew ir-rimbors ta’ somma flus li huma ħallsu fid-data tad-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kompetenti, bl-esklużjoni tal-perijodu preċedenti. Min-naħa l-oħra, dawn ma jipprekludux, fihom infushom, li tali leġiżlazzjoni tipprevedi li l-imsemmi ħlas ikun dovut biss jekk tkun ġiet ippreżentata tali azzjoni, sakemm dan ma jwassalx sabiex jirrendi eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni.

85

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-individwi li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

l-ewwel, dawn japplikaw fl-ipoteżi fejn is-somom ta’ flus inkwistjoni jikkorrispondu, minn naħa, għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ngħataw tard lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, wara li jkunu ġew irrifjutati lilha bi ksur ta’ dan id-dritt, u, min-naħa l-oħra, għal sanzjoni pekunjarja li ġiet imposta fuq din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi minħabba dan il-ksur;

it-tieni, dawn japplikaw meta minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew minn deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali jirriżulta li l-ħlas tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni, skont il-każ, ġie rrifjutat jew impost minn awtorità nazzjonali abbażi jew ta’ interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, jew ta’ applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt, u

it-tielet, dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta l-ħlas ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni jkun ġie, skont il-każ, irrifjutat jew impost bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-ħlas ta’ interessi jista’ jsir biss għall-perijodu mid-data tal-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex jinkiseb il-ħlas jew ir-rimbors tas-somma flus inkwistjoni fid-data tad-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kompetenti, bl-esklużjoni tal-perijodu preċedenti. Min-naħa l-oħra, dawn ma jipprekludux, fihom infushom, li tali leġiżlazzjoni tipprevedi li l-imsemmi ħlas ikun dovut biss jekk tali azzjoni tkun ġiet ippreżentata, sakemm dan ma jwassalx sabiex jirrendi eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni.

Fuq l-ispejjeż

86

Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

 

Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

 

Il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-individwi li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi li jiksbu r-rimbors tas-somom ta’ flus li l-ħlas tagħhom ġie impost fuqhom minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq dawn is-somom ta’ flus għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

 

l-ewwel, dawn japplikaw fl-ipoteżi fejn is-somom ta’ flus inkwistjoni jikkorrispondu, minn naħa, għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ngħataw tard lil persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi, wara li jkunu ġew irrifjutati lilha bi ksur ta’ dan id-dritt, u, min-naħa l-oħra, għal sanzjoni pekunjarja li ġiet imposta fuq din il-persuna li tkun suġġetta għal miżuri amministrattivi minħabba dan il-ksur;

it-tieni, dawn japplikaw meta minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew minn deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali jirriżulta li l-ħlas tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni, skont il-każ, ġie rrifjutat jew impost minn awtorità nazzjonali abbażi jew ta’ interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni, jew ta’ applikazzjoni żbaljata ta’ dan id-dritt, u

it-tielet, dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta l-ħlas ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ta’ sanzjoni pekunjarja, ta’ dazji antidumping jew ta’ dazji fuq l-importazzjoni jkun ġie, skont il-każ, irrifjutat jew impost bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-ħlas ta’ interessi jista’ jsir biss għall-perijodu mid-data tal-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja intiża sabiex jinkiseb il-ħlas jew ir-rimbors tas-somma flus inkwistjoni fid-data tad-deċiżjoni mogħtija mill-qorti kompetenti, bl-esklużjoni tal-perijodu preċedenti. Min-naħa l-oħra, dawn ma jipprekludux, fihom infushom, li tali leġiżlazzjoni tipprevedi li l-imsemmi ħlas ikun dovut biss jekk tali azzjoni tkun ġiet ippreżentata, sakemm dan ma jwassalx sabiex jirrendi eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li l-persuni li jkunu suġġetti għal miżuri amministrattivi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.

Arriba