This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CJ0023
Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 17 June 2021.#Simonsen & Weel A/S v Region Nordjylland og Region Syddanmark.#Request for a preliminary ruling from the Klagenævnet for Udbud.#Reference for a preliminary ruling – Public procurement – Framework agreement – Directive 2014/24/EU – Article 5(5) – Article 18(1) – Articles 33 and 49 – Points 7, 8 and 10 of Part C of Annex V – Implementing Regulation (EU) 2015/1986 – Annex II, fields II.1.5 and II.2.6 – Procurement procedures – Obligation to state, in the contract notice or the tender specifications, first, the estimated quantity or the estimated value and, second, the maximum quantity or the maximum value of the supplies under a framework agreement – Principles of transparency and equal treatment – Directive 89/665/EEC – Article 2d(1) – Procedures for review of the award of public contracts – Ineffectiveness of the contract – Exception.#Case C-23/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021.
Simonsen & Weel A/S vs Region Nordjylland og Region Syddanmark.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Klagenævnet for Udbud.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Ftehim qafas – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 5(5) – Artikolu 18(1) – Artikoli 33 u 49 – Il-punti 7, 8 u 10 tal-Parti C tal-Anness V – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 – It-Taqsimiet II.1.5 u II.2.6 tal-Anness II – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti – Obbligu li jiġi indikat, fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, minn naħa, il-kwantità stmata jew il-valur stmat u, min-naħa l-oħra, il-kwantità massima jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti fil-kuntest ta’ ftehim qafas – Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 2d(1) – Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Assenza ta’ effetti tal-kuntratt – Esklużjoni.
Kawża C-23/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021.
Simonsen & Weel A/S vs Region Nordjylland og Region Syddanmark.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Klagenævnet for Udbud.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Ftehim qafas – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 5(5) – Artikolu 18(1) – Artikoli 33 u 49 – Il-punti 7, 8 u 10 tal-Parti C tal-Anness V – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 – It-Taqsimiet II.1.5 u II.2.6 tal-Anness II – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti – Obbligu li jiġi indikat, fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, minn naħa, il-kwantità stmata jew il-valur stmat u, min-naħa l-oħra, il-kwantità massima jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti fil-kuntest ta’ ftehim qafas – Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 2d(1) – Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Assenza ta’ effetti tal-kuntratt – Esklużjoni.
Kawża C-23/20.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:490
*A9* Klagenævnet for Udbud, Kendelse af 16/01/2020 (1139919)
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
17 ta’ Ġunju 2021 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Ftehim qafas – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 5(5) – Artikolu 18(1) – Artikoli 33 u 49 – Il-punti 7, 8 u 10 tal-Parti C tal-Anness V – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 – It-Taqsimiet II.1.5 u II.2.6 tal-Anness II – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti – Obbligu li jiġi indikat, fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, minn naħa, il-kwantità stmata jew il-valur stmat u, min-naħa l-oħra, il-kwantità massima jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti fil-kuntest ta’ ftehim qafas – Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 2d(1) – Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Assenza ta’ effetti tal-kuntratt – Esklużjoni”
Fil-Kawża C‑23/20,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Klagenævnet for Udbud (il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tas‑16 ta’ Jannar 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑17 ta’ Jannar 2020, fil-proċedura
Simonsen & Weel A/S
vs
Region Nordjylland og Region Syddanmark,
fil-preżenza ta’:
Nutricia A/S,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, N. Piçarra, D. Šváby (Relatur), S. Rodin u K. Jürimäe, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal Simonsen & Weel A/S, minn S. Troels Poulsen, advokat, |
– |
għar-Region Nordjylland og Region Syddanmark, minn T. Braad u H. Padkjær Sørensen, advokater, |
– |
għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren, M. Jespersen u M. Wolff, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Belġjan, minn L. Van den Broeck u J.‑C. Halleux, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, R. Kanitz u S. Eisenberg, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Estonjan,, minn N. Grünberg, bħala aġent, |
– |
għall-Gvern Franċiż, minn C. Mosser u E. de Moustier, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch u J. Schmoll, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Ondrůšek, H. Støvlbæk u L. Haasbeek, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 18(1) kif ukoll tal-Artikoli 33 u 49 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68), kif ukoll tal-punt 7 u tal-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva u tal-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal‑25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315), kif emendat bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2014 (ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2015, L 114, p. 24 u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 92/13”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, Simonsen & Weel A/S u, min-naħa l-oħra, ir-Region Nordjylland (ir-Reġjun ta’ Nordjylland, id-Danimarka) u r-Region Syddanmark (ir-Reġjun tad-Danimarka ta’ Isfel) (iktar ’il quddiem, flimkien, ir-“Reġjuni”) dwar id-deċiżjoni ta’ dawn tal-aħħar li jikkonkludu ftehim qafas ma’ Nutricia A/S. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2014/24
3 |
Il-premessi 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/24 jistipulaw:
|
4 |
L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, intitolat “Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist”, jiddisponi, fil-paragrafu 5 tiegħu: “Fir-rigward ta’ ftehimiet qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri, il-valur li għandu jiġi kkunsidrat għandu jkun il-valur massimu stmat, mingħajr [it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)], tal-kuntratti kollha previsti għat-terminu totali tal-ftehim qafas jew is-sistema dinamika ta’ xiri.” |
5 |
L-Artikolu 18 tal-imsemmija direttiva, li jesponi l-“[p]rinċipji tal-akkwist”, jipprevedi, fis-subparagrafu 1 tal-paragrafu 1 tiegħu: “L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.” |
6 |
Taħt it-titolu “Ftehimiet qafas”, l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/24 jiddisponi li: “1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas, jekk japplikaw il-proċeduri speċifikati f’din id-Direttiva. FAP qafas ifisser ftehim bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista. It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas. 2. Kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw skont il-proċeduri stabbiliti f’dan il-paragrafu u fil-paragrafi 3 u 4. […] Kuntratti bbazati fuq ftehim qafas ma jistgħux jagħmlu modifiki sostanzjali għat-termini stabbiliti f’dak il-ftehim qafas taħt l-ebda ċirkostanza, b’mod partikolari fil-kaz imsemmi fil-paragrafu 3. 3. Fejn jiġi konkluż ftehim qafas ma’ operatur ekonomiku wieħed, kuntratti bbażati fuq dan il-ftehim għandhom jingħataw fi ħdan il-limiti tat-termini stabbiliti fil-ftehim qafas. […]” |
7 |
Skont l-Artikolu 49 ta’ din id-direttiva, intitolat “Avviżi dwar kuntratti”: “L-avviżi dwar kuntratti għandhom jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni fir-rigward tal-proċeduri kollha, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(5) u l-Artikolu 32. L-avviżi dwar kuntratti għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness V parti C u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51.” |
8 |
L-Artikolu 53 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist”, jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu: “L-awtoritajiet kontraenti għandhom, b’mezzi elettroniċi, joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż skont l-Artikolu 51 jew mid-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż jew tal-istedina għall-konferma tal-interess għandu jispeċifika l-indirizz fuq l-Internet li fuqu hija aċċessibbli d-dokumentazzjoni.” |
9 |
Taħt it-titolu “Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom”, l-Artikolu 72 tad-Direttiva 2014/24 jiddisponi li: “1. Kuntratti u ftehimiet qafas jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin: […]
Awtoritajiet kontraenti li jkunu mmodifikaw kuntratt fil-każijiet stipulati taħt il-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jippubblikaw avviż dwar dan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness V, parti G u għandu jkun ppubblikat skont l-Artikolu 51. […] 4. Modifika ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fin-natura minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
5. Proċedura ġdida ta’ akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva għandha tkun meħtieġa għal modifiki oħra tad-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku jew ftehim qafas matul it-terminu tiegħu minbarra dawk previsti taħt il-paragrafi 1 u 2.” |
10 |
L-Artikolu 91 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “Id-Direttiva 2004/18/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)] hija mħassra b’effett mit‑18 ta’ April 2016. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XV.” |
11 |
L-Anness V tal-imsemmija direttiva jidentifika l-“[i]nformazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi”. Il-Parti B ta’ dan l-anness tesponi l-“[i]nformazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi informattivi minn qabel (kif imsemmija fl-Artikolu 48)”. It-Titolu II ta’ din il-parti jelenka l-“[i]nformazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta meta l-avviż jintuża bħala mezz sabiex isejjaħ għal kompetizzjoni (artikolu 48(2))”. |
12 |
Fost din l-informazzjoni hemm dik, imsemmija fil-punt 7 ta’ dan it-Titolu II, ifformulata kif ġej: “Sa fejn dan ikun diġà magħruf, il-kobor totali stmat tal-kuntratt(i); fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.” |
13 |
Il-Parti C tal-imsemmi Anness V telenka, bħala l-“[i]nformazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar kuntratti (kif imsemmija fl-Artikolu 49)”: “[…]
[…]
[…]
[…]
[…]” |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/1986
14 |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal‑11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 842/2011 (ĠU 2015, L 296, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 172, p. 36), jinkludi, fl-Anness II tiegħu, formola standard li tesponi d-diversi taqsimiet li awtorità kontraenti jew entità kontraenti jistgħu jew għandhom, skont il-każ, jimlew. |
15 |
It-Taqsima II ta’ din il-formola, intitolata “L-għan” tal-kuntratt, tagħmel distinzjoni bejn l-“għan tal-ksib [portata tal-kuntratt]” u d-“[d]eskrizzjoni” tiegħu. |
16 |
Fost it-taqsimiet dwar il-portata tal-kuntratt tinsab it-Taqsima II.1.5, intitolata “Stima tal-valur totali”. Din it-taqsima tirreferi għan-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 2 tal-formula li ssemmi biss l-espressjoni “jekk applikabbli”. Permezz tal-imsemmija taqsima, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tindika l-valur mingħajr VAT tal-kuntratt u l-munita użata għal dan l-għan, filwaqt li għandu jiġi ppreċiżat li, “għal oqfsa ta’ ftehim jew sistemi dinamiċi tax-xiri – [dan huwa] stima tat-total tal-ogħla valur għat-tul ta’ żmien kollu tal-qafas ta’ ftehim jew sistema dinamika tax-xiri”. |
17 |
Fost it-taqsimiet dwar id-deskrizzjoni tal-kuntratt hemm it-Taqsima II.2.1, li l-għan tagħha huwa li tindika t-“[t]itlu” tal-kuntratt. Din it-taqsima tinkludi subdiviżjoni msejħa “Nru tal-lott”, li magħha hemm ukoll assoċjata nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 2 li tgħid “jekk applikabbli”. |
18 |
It-Taqsima II.2.6, intitolata “Stima tal-valur”, tipprevedi li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti għandha tindika l-valur mingħajr VAT tal-kuntratt kif ukoll il-munita użata għal dan l-għan u tippreċiża li, “għal oqfsa ta’ ftehim jew sistemi dinamiċi tax-xiri – [dan huwa] l-istima tat-total tal-ogħla valur għat-tul ta’ żmien kollu ta’ dan il-lott”. |
Id-Direttiva 89/665/KEE
19 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal‑21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, rettifika fil-ĠU 2016, L 63, p. 44), kif emendata bid-Direttiva 2014/23 (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 89/665”), hija applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali peress li d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din l-aħħar direttiva skadiet fit‑18 ta’ April 2016. |
20 |
Id-Direttiva 89/665 fil-verżjoni inizjali tagħha ġiet preċedentement emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑11 ta’ Diċembru 2007 (ĠU 2007, L 335, p. 31, rettifika fil-ĠU 2018, L 176, p. 23). Il-premessi 13, 14 u 17 tad-Direttiva 2007/66 jipprovdu:
[…]
|
21 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/665, intitolat “Skop u disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ reviżjoni”, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li: “Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva [2014/24], sakemm tali kuntratti ma jkunx esklużi skont l-Artikoli 7, 8, 9, 10, 11, 12, 15, 16, 17 u 37 ta’ dik id-Direttiva. […] Il-kuntratti skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti pubbliċi, ftehimiet ta’ qafas, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi u sistemi dinamiċi ta’ xiri. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, rigward kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [2014/24] jew id-Direttiva [2014/23], id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, għar-raġuni li dawn id-deċiżjonijiet ikunu kisru l-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.” |
22 |
Taħt it-titolu “Ineffettività”, l-Artikolu 2d tad-Direttiva 89/665 jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratt ikun meqjus bħala ineffettiv minn korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità kontraenti jew li l-ineffettività tiegħu hija r-riżultat ta’ deċiżjoni ta’ tali korp ta’ reviżjoni f’xi wieħed mill-każi li ġejjin:
[…]” |
Id-Direttiva 92/13
23 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/13, intitolat “Skop u disponibilità tal-proċeduri ta’ reviżjoni”, jiddisponi, fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu, li: “Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [tas‑26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU 2014, L 94, p. 243)], sakemm tali kuntratti ma jkunux esklużi skont l-Artikoli 18 sa 24, 27 sa 30, 34 jew 55 ta’ dik id-Direttiva. Il-kuntratti fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti ta’ provvista, ta’ xogħol u ta’ servizzi, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u servizzi, ftehim qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri.” |
24 |
Il-formulazzjoni tal-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 92/13 hija analoga għal dik tal-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665. |
Id-dritt Daniż
Il-Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi
25 |
L-Udbudsloven, lov nr. 1564 (il-Liġi Nru 1564 dwar il-Kuntratti Pubbliċi) tal‑15 ta’ Diċembru 2015, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi”), li tittrasponi d-Direttiva 2014/24 fid-dritt Daniż, tinkludi Titolu I, intitolat “Dispożizzjonijiet Ġenerali”, li jinkludi l-Artikoli 1 sa 38 ta’ din il-liġi. |
26 |
L-Artikolu 2 tal-imsemmija liġi, intitolat “Prinċipji ġenerali”, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “F’dak li jirrigwarda l-kuntratti pubbliċi msemmija fit-Titoli II sa IV, l-awtorità kontraenti għandha tikkonforma mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità.” |
27 |
L-Artikolu 24 tal-istess liġi jinkludi b’mod partikolari d-definizzjonijiet li ġejjin: “[…]
[…]
|
28 |
It-Titolu II tal-Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi, li jirrigwarda l-“[k]untratti pubbliċi li l-valur tagħhom huwa ogħla mil-limitu”, huwa kompost mill-Artikoli 39 sa 185 tagħha. |
29 |
L-Artikolu 56 ta’ din il-liġi jipprevedi: “Fil-proċeduri miftuħa, kwalunkwe operatur ekonomiku interessat jista’ jippreżenta offerta fir-rigward ta’ sejħa għal avviż ta’ kuntratt. L-avviż ta’ kuntratt għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fil-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva [2014/24]. L-awtorità kontraenti għandha tuża l-formola standard imsemmija fl-Artikolu 128(3) ta’ din il-liġi.” |
30 |
Skont l-Artikolu 128 tal-imsemmija liġi: “1. L-awtorità kontraenti għandha tuża l-avviż tal-kuntratt bħala mezz ta’ sejħa għal offerti għall-proċeduri kollha bl-eċċezzjoni tal-proċedura nnegozjata mingħajr avviż minn qabel. […] 2. L-avviżi ta’ kuntratt għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fil-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva [2014/24] […] 3. L-avviż ta’ kuntratt huwa mfassal fuq il-mudell tal-formoli standard stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea, għandu jintbagħat b’mod elettroniku lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi ppubblikat skont l-Anness VIII tad-Direttiva [2014/24] […] […]” |
Il-Liġi dwar il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi
31 |
Il-Lov om Klagenævnet for udbud, lovbekendtgørelse nr. 593 (il-Liġi dwar il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi, Avviż Legali Nru 593) tat‑2 ta’ Ġunju 2016 (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi”), li timplimenta d-Direttiva 92/13, tiddisponi, fil-punt 1 tal-Artikolu 17(1) tagħha: “Kuntratt li jaqa’ taħt it-Titolu II jew III tal-Liġi dwar il-Kuntratti Pubbliċi jew taħt id-Direttiva [2014/25] huwa ddikjarat ineffettiv jekk:
[…]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
32 |
Ir-Reġjuni, permezz ta’ avviż ta’ kuntratt tat‑30 ta’ April 2019, fetħu proċedura miftuħa ta’ kuntratt pubbliku fis-sens tad-Direttiva 2014/24 fid-dawl tal-konklużjoni ta’ ftehim qafas ta’ erba’ snin bejn ir-Region Nordjylland u operatur ekonomiku uniku għax-xiri ta’ tagħmir li jippermetti t-tmigħ permezz ta’ tubu gastriku għal pazjenti fid-dar u fl-istituzzjonijiet. |
33 |
L-avviż ta’ kuntratt speċifika li r-Region Syddanmark kien ser jipparteċipa biss “b’għażla” u li l-kandidati kienu obbligati jagħmlu offerta għall-“entrati kollha tal-kuntratt”. |
34 |
Barra minn hekk, dan l-avviż la kien fih informazzjoni dwar il-valur stmat tal-kuntratt tal-ftehim qafas għar-Region Nordjylland jew tal-għażla għar-Region Syddanmark u lanqas informazzjoni dwar il-valur massimu tal-ftehimiet qafas jew dwar il-kwantità stmata jew massima tal-prodotti li x-xiri tagħhom kien previst fil-ftehimiet qafas. |
35 |
Fil-fatt, kif jirriżulta mill-Anness 3 tal-imsemmi avviż, l-“istimi indikati u [l]-volumi ta’ konsum mistennija huma biss l-espressjoni tal-previżjonijiet tal-awtorità kontraenti fir-rigward tal-użu tal-provvisti li huma s-suġġett tal-kuntratt. Għaldaqstant, l-awtorità kontraenti ma timpenjax ruħha, bis-saħħa tal-ftehim qafas, li taċċetta ċerta kwantità ta’ provvisti jew li tixtri sa ċertu ammont. Fi kliem ieħor, il-konsum effettiv jista’ jkun ogħla jew inqas minn dak indikat fl-istimi.” Il-ftehim qafas lanqas ma kellu jitqies bħala esklużiv, b’tali mod li l-awtorità kontraenti setgħet takkwista prodotti simili mingħand fornituri oħra b’osservanza tar-regoli li jirregolaw il-kuntratti pubbliċi. |
36 |
Permezz ta’ deċiżjoni tad‑9 ta’ Awwissu 2019, ir-Reġjuni qiesu li l-offerta ta’ Nutricia kienet l-iktar waħda vantaġġuża u li din il-kumpannija kienet rebħet il-kuntratt. Fid‑19 ta’ Awwissu 2019, Simonsen & Weel ippreżentat rikors quddiem il-Klagenævnet for Udbud (il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi, id-Danimarka), intiż għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni. |
37 |
Peress li din il-qorti ma tatx effett sospensiv lil dan ir-rikors, ir-Region Nordjylland ikkonkludiet ftehim qafas mal-offerent rebbieħ. Min-naħa tiegħu, ir-Region Syddanmark ma użax l-għażla li huwa għandu. |
38 |
Insostenn tar-rikors tagħha, Simonsen & Weel issostni, fl-ewwel lok, li, billi ma indikawx, fl-avviż ta’ kuntratt, il-kwantità stmata jew il-valur stmat tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-ftehim qafas inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-Reġjuni kisru b’mod partikolari l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva kif ukoll il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness V tal-imsemmija direttiva. |
39 |
Fit-tieni lok, ir-Reġjuni huma obbligati jindikaw il-kwantità massima tal-prodotti li jistgħu jinxtraw b’eżekuzzjoni tal-ftehim qafas jew il-valur totali massimu tiegħu, u fin-nuqqas ta’ dan huma jistgħu jaqsmu dan il-ftehim qafas b’mod artifiċjali matul it-tul kollu tiegħu, kuntrarjament għall-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2018, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice (C‑216/17, EU:C:2018:1034). |
40 |
Fir-rigward tan-nuqqas ta’ indikazzjoni tal-kwantità jew tal-valur stmat, ir-Reġjuni joġġezzjonaw, b’mod partikolari, li l-obbligu li tiġi indikata portata jew valur partikolari fl-avviż ta’ kuntratt ma japplikax fir-rigward tal-ftehimiet qafas. Mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2014/24 jirriżulta li l-kwantitajiet stmati previsti jistgħu jiġu indikati “fejn xieraq”, li jimplika għalhekk li tali indikazzjoni tibqa’ fakultattiva għall-awtorità kontraenti. |
41 |
Fir-rigward tan-nuqqas ta’ indikazzjoni tal-kwantità massima tal-prodotti li jistgħu jinkisbu b’eżekuzzjoni tal-ftehim qafas jew tal-valur totali massimu tiegħu, ir-Reġjuni jsostnu li s-soluzzjoni tas-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2018, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice (C‑216/17, EU:C:2018:1034), hija limitata għal sitwazzjonijiet fejn awtorità kontraenti taġixxi f’isem awtoritajiet kontraenti oħra li ma humiex direttament partijiet għall-ftehim qafas, li ma kienx il-każ hawnhekk. Barra minn hekk, minn din is-sentenza jirriżulta li l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament huma osservati, peress li l-volum globali tas-servizzi huwa indikat fil-ftehim qafas innifsu jew f’dokument ieħor tal-kuntratt. |
42 |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda ftehim qafas, il-punt dwar jekk dan isirx ukoll f’isem awtoritajiet kontraenti oħra huwa determinanti, li jirriżulta wkoll mill-premessi 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/24. Ir-rekwiżit ta’ indikazzjoni ta’ volum massimu jew ta’ valur massimu, imsemmi fil-punt 61 tas-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2018, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice (C‑216/17, EU:C:2018:1034), ma jistax jiġi estiż għal każijiet li ma humiex komparabbli ma’ dawk inkwistjoni f’dik il-kawża. Issa, f’dan il-każ, ir-Reġjuni jallegaw li offrew ftehim qafas mhux esklużiv u mhux sinallagmatiku, u li ma kinux jafu, fil-mument tas-sejħa għal offerti, bil-portata tal-ħtiġijiet konkreti ta’ xiri jew bil-livell tal-prezz għall-“kuntratti individwali”. Konsegwentement, huma ma kinux f’pożizzjoni li jagħmlu stima affidabbli tal-valur tal-ftehim qafas. |
43 |
Konsegwentement, il-Klagenævnet for Udbud (il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi, id-Danimarka) jistaqsi dwar il-possibbiltà li tiġi applikata b’analoġija s-soluzzjoni tas-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2018, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice (C‑216/17, EU:C:2018:1034), fil-kawża prinċipali, fid-dawl tal-partikolarità taċ-ċirkustanzi tal-kawża li tat lok għal dik is-sentenza u tal-fatt li d-Direttiva 2014/24 tinkludi, fir-rigward tal-ftehim qafas, modifiki, minkejja li huma żgħar, meta mqabbla mal-formulazzjoni tad-Direttiva 2004/18 li kienet applikabbli għall-imsemmija kawża. Id-dubji tagħha jirrigwardaw b’mod partikolari l-kwistjoni dwar jekk limitu massimu għandux jispeċifika kemm il-kwantitajiet massimi kif ukoll il-valuri massimi tal-prodotti li jistgħu jinxtraw bis-saħħa tal-ftehim qafas u jekk dan il-massimu għandux, jekk ikun xieraq, jiġi ffissat “mill-bidu”, jiġifieri fl-avviż ta’ kuntratt – fejn ikun għalhekk identiku għall-valur stmat – u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, jew jekk huwiex biżżejjed li jiġi ffissat limitu massimu, għall-ewwel darba, fil-ftehim qafas innifsu, jiġifieri mat-tlestija tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. Fl-aħħar nett, fl-ipoteżi fejn dan il-limitu massimu ma ssemmiex korrettament mill-awtorità kontraenti, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, skont l-Artikolu 2d tad-Direttiva 92/13, il-ftehim qafas konkluż fuq din il-bażi għandux jiġi assimilat mas-sitwazzjoni fejn l-ebda avviż ta’ kuntratt ma jkun ġie ppubblikat u, għaldaqstant, għandux jitqies bħala ineffettiv. |
44 |
Huwa f’dan il-kuntest li l-Klagenævnet for Udbud (il-Bord tal-Appelli fil-Qasam tal-Kuntratti Pubbliċi) iddeċieda li jissospendi l-proċedura quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq il-punt (a) tal-ewwel domanda u l-punt (a) tat-tieni domanda
45 |
Permezz tal-punt (a) tal-ewwel domanda u tal-punt (a) tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24, il-punti 7 u 8 kif ukoll il-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas u li ladarba jintlaħaq dan il-limitu, l-imsemmi ftehim ikun eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
46 |
Għandu jitfakkar li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2014/24, ftehim qafas huwa ftehim konkluż bejn awtorità kontraenti waħda jew iktar u operatur ekonomiku wieħed jew iktar li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu partikolari, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet u, fejn xieraq, tal-kwantitajiet previsti. L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jipprevedi li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas sa fejn dawn japplikaw il-proċeduri previsti mill-imsemmija direttiva. |
47 |
L-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 jipprevedi li l-avviżi ta’ kuntratt għandhom jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għal offerti għall-proċeduri kollha, bla ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(5) u għall-Artikolu 32 ta’ din id-direttiva. Dawn għandu jkun fihom l-informazzjoni prevista fil-Parti C tal-Anness V tal-imsemmija direttiva u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 51 tal-istess direttiva. |
48 |
Minn dan isegwi li l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 u, għaldaqstant, il-Parti C tal-Anness V tagħha japplikaw għall-ftehimiet qafas. |
49 |
F’dan ir-rigward, ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24, meħuda waħedhom, jistgħu jimplikaw li l-awtorità kontraenti għandha marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-opportunità li tindika, fl-avviż ta’ kuntratt, valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas. |
50 |
Il-punt 8 tal-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24 jipprevedi li, skont l-informazzjoni li għandha tidher fl-avviż ta’ kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha ssemmi l-ordni tal-kobor totali stmat tal-kuntratt jew tal-kuntratti, fejn din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull lott meta l-kuntratt ikun maqsum f’lottijiet. Ir-riferiment għal sempliċi “ordni tal-kobor” iktar milli għal valur preċiżament iddefinit, jissuġġerixxi li l-evalwazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti tista’ tkun approssimattiva. |
51 |
Il-punt 10 ta’ din il-Parti C, relatat mal-informazzjoni dwar il-perijodu għall-kunsinna jew għall-provvista tal-prodotti, tax-xogħlijiet jew tas-servizzi u, sa fejn huwa possibbli, it-tul tal-kuntratt, jipprovdi, fil-punt (a) tiegħu ddedikat speċifikament għall-ftehimiet qafas, li l-awtorità kontraenti għandha tindika, sa fejn huwa possibbli, il-valur jew l-ordni tal-kobor u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw. Minn dan jirriżulta li, skont din id-dispożizzjoni, l-indikazzjoni mill-awtorità kontraenti tal-valur jew tal-ordni tal-kobor u tal-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw ma hijiex meħtieġa fiċ-ċirkustanzi kollha. |
52 |
Bl-istess mod, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2014/24 jipprovdi li ftehim qafas għandu l-għan li jistabbilixxi, “fejn xieraq”, il-kwantitajiet previsti. Filwaqt li tirreferi għall-espressjoni “fejn xieraq”, din id-dispożizzjoni tippreċiża, f’dak li jirrigwarda speċifikament il-kwantitajiet tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti, li dawn għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiġu stabbiliti fi ftehim qafas. Mill-formola standard li tinsab fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1986 jirriżulta wkoll li l-awtorità kontraenti ma hijiex obbligata timla t-Taqsima II.1.5, intitolata “Stima tal-valur totali”, peress li dan il-valur jista’ jiġi speċifikat “jekk applikabbli”, kif jirriżulta mir-riferiment magħmul f’din it-taqsima għan-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 2 ta’ din il-formola. |
53 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-unika interpretazzjoni letterali tal-imsemmija dispożizzjonijiet ma hijiex konklużiva sabiex jiġi ddeterminat jekk avviż ta’ kuntratt għandux jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas. |
54 |
Madankollu, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24 kif ukoll tal-istruttura ġenerali ta’ din id-direttiva, ma jistax jiġi aċċettat li l-awtorità kontraenti tastjeni milli tindika, fl-avviż ta’ kuntratt, valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas. |
55 |
Fil-fatt, minn dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2014/24 jirriżulta li l-awtorità kontraenti għandha tiddetermina l-kontenut tal-ftehim qafas li hija għandha l-intenzjoni li tikkonkludi. |
56 |
L-ewwel, l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, dwar il-metodi ta’ kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt, jipprevedi, fil-paragrafu 5 tiegħu, li, għall-ftehimiet qafas, il-valur li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa l-valur massimu stmat mingħajr VAT tal-kuntratti pubbliċi kollha previsti matul it-tul totali tal-ftehim qafas. |
57 |
Issa, peress li l-awtorità kontraenti hija obbligata tevalwa l-valur massimu stmat mingħajr VAT tal-kuntratti kollha previsti matul it-tul totali tal-ftehim qafas, hija tista’ tikkomunika dan il-valur lill-offerenti. |
58 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha b’mod partikolari fuq l-Artikolu 9(9) tad-Direttiva 2004/18, ifformulat f’termini identiċi għal dawk tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2014/24, sabiex tikkunsidra, fil-punt 60 tas-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2018, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice (C‑216/17, EU:C:2018:1034), li, għalkemm hija suġġetta biss għal obbligu li tagħmel l-aħjar sforz fir-rigward tal-preċiżazzjoni tal-valur u tal-frekwenza ta’ kull wieħed mill-kuntratti sussegwenti li għandhom jingħataw, l-awtorità kontraenti li oriġinarjament kienet parti għall-ftehim qafas għandha, mill-banda l-oħra, tispeċifika b’mod imperattiv, fir-rigward tal-ftehim qafas innifsu, il-volum globali, u għalhekk il-kwantità massima u/jew il-valur massimu, li fih jistgħu jiġu inklużi l-kuntratti sussegwenti. |
59 |
It-tieni, skont il-punt 7 tal-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24, l-awtorità kontraenti għandha, bħala informazzjoni li għandha tidher fl-avviżi ta’ kuntratt, tiddeskrivi l-kuntratt u, għal dan l-għan, tindika l-kwantità jew il-valur tal-provvisti li ser ikunu koperti mill-ftehim qafas meħud fit-totalità tiegħu. Fil-fatt, ma jistax ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu mingħajr ma tiġi indikata, tal-inqas, kwantità massima u/jew valur massimu ta’ dawn il-provvisti. |
60 |
Barra minn hekk, meta awtorità kontraenti għandha timla l-formola li tinsab fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/1986, hija għandha tinkludi, fit-Taqsima II.2.6 ta’ din il-formola, relatata mal-valur stmat, il-valur totali massimu għat-tul totali ta’ kull wieħed mil-lottijiet. |
61 |
Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, bħall-ugwaljanza fit-trattament u t-trasparenza huma applikabbli meta jiġi konkluż ftehim qafas, kif jirriżulta mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tad-Direttiva 2014/24. Issa, kemm il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll il-prinċipju ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom jimplikaw li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet kollha tal-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, b’mod, l-ewwel, li jippermetti li l-offerenti raġonevolment informati u normalment diliġenti kollha jifhmu l-portata eżatta tagħhom u li jinterpretawhom bl-istess mod u, it-tieni, li jqiegħed lill-awtorità kontraenti f’pożizzjoni li tivverifika effettivament jekk l-offerti tal-offerenti jikkorrispondux għall-kriterji li jirregolaw il-kuntratt inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2018, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice, C‑216/17, EU:C:2018:1034, punt 63). |
62 |
Fil-fatt, il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati mill-konklużjoni tal-ftehim qafas, stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24, ikunu affettwati jekk l-awtorità kontraenti li kienet oriġinarjament parti għall-ftehim qafas ma indikatx il-valur massimu jew il-kwantità massima kkonċernata minn tali ftehim (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2018, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice, C‑216/17, EU:C:2018:1034, punt 64). |
63 |
F’dan ir-rigward, l-indikazzjoni mill-awtorità kontraenti tal-kwantità stmata u/jew tal-valur stmat kif ukoll ta’ kwantità massima u/jew ta’ valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas għandha importanza kunsiderevoli għal offerent, peress li huwa abbażi ta’ din l-istima, li dan ser ikun f’pożizzjoni li jevalwa l-kapaċità tiegħu li jeżegwixxi l-obbligi li jirriżultaw minn dan il-ftehim qafas. |
64 |
Barra minn hekk, jekk il-valur massimu stmat jew il-kwantità massima stmata li tirrigwarda tali ftehim ma tkunx indikata jew jekk tali indikazzjoni ma tkunx ta’ natura legalment vinkolanti, l-awtorità kontraenti tkun tista’ tevadi din il-kwantità massima. Konsegwentement, ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-offerent rebbieħ tista’ tiġi mfittxija minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim qafas jekk ma jirnexxilux jipprovdi l-kwantitajiet mitluba mill-awtorità kontraenti, anki jekk dawn jaqbżu l-kwantità massima fl-avviż ta’ kuntratt. Issa, tali sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju ta’ trasparenza stabbilit fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24. |
65 |
Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ trasparenza jista’ jinkiser b’mod sostenibbli, peress li, kif jirriżulta mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(1) ta’ din id-direttiva, ftehim qafas jista’ jiġi konkluż għal perijodu li jista’ jdum sa erba’ snin, jew saħansitra iktar f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati, b’mod partikolari mill-għan tal-ftehim qafas. Barra minn hekk, kif tiddikjara l-premessa 62 tal-imsemmija direttiva, għalkemm il-kuntratti bbażati fuq ftehim qafas għandhom jingħataw qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ validità tiegħu, it-tul tal-kuntratti differenti bbażati fuq ftehim qafas ma għandux neċessarjament jikkoinċidi ma’ dak tal-imsemmi ftehim qafas, iżda jista’ xi drabi jkun iqsar jew itwal. |
66 |
Fl-aħħar nett, interpretazzjoni estensiva tal-obbligu li jiġi ddefinit il-valur massimu stmat jew il-kwantità massima stmata koperta mill-ftehim qafas tista’ wkoll, minn naħa, tneħħi l-effett utli tar-regola stabbilita fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tad-Direttiva 2014/24, li tipprovdi li l-kuntratti bbażati fuq il-ftehim qafas ma jistgħu fl-ebda każ iwasslu għal modifiki sostanzjali tat-termini ffissati fl-imsemmi ftehim qafas, u, min-naħa l-oħra, tikkaratterizza użu abbużiv jew użu intiż sabiex jostakola, jillimita jew joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, kif imsemmi fil-premessa 61 tal-imsemmija direttiva. |
67 |
Minn dan isegwi li l-fatt li l-awtorità kontraenti li kienet oriġinarjament parti għall-ftehim qafas tiġi meħtieġa tindika, fil-ftehim qafas, il-kwantità massima jew il-valur massimu tas-servizzi li ser ikunu koperti minn dan il-ftehim jikkonkretizza l-projbizzjoni li l-ftehimiet qafas jintużaw b’mod abbużiv jew b’mod li jostakola, jillimita jew joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2018, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice, C‑216/17, EU:C:2018:1034, punt 69). |
68 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-awtorità kontraenti li kienet oriġinarjament parti għall-ftehim qafas tista’ timpenja ruħha, f’isimha u għan-nom tal-awtoritajiet kontraenti potenzjali li huma indikati b’mod ċar f’dan il-ftehim, biss sal-limitu ta’ ċerta kwantità massima u/jew ta’ ċertu valur massimu u li ladarba dan il-limitu jintlaħaq, l-imsemmi ftehim ikun eżawrixxa l-effetti tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2018, Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust u Coopservice, C‑216/17, EU:C:2018:1034, punt 61). |
69 |
Madankollu, għandhom isiru żewġ kjarifiki addizzjonali. |
70 |
Minn naħa, huma ammessi, konformement mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(2) u mal-Artikolu 72 tad-Direttiva 2014/24, il-modifiki tal-ftehim qafas li ma għandhomx natura sostanzjali, peress li, bħala prinċipju, tali modifika għandha natura kunsenswali b’tali mod li l-kunsens tal-offerent rebbieħ huwa meħtieġ. |
71 |
Min-naħa l-oħra, l-indikazzjoni tal-kwantità massima jew tal-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas tista’ tidher mingħajr distinzjoni jew fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, peress li, fir-rigward ta’ ftehim qafas, l-awtoritajiet kontraenti huma obbligati joffru, konformement mal-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2014/24, b’mezz elettroniku, aċċess komplet, dirett, mingħajr ħlas u mingħajr restrizzjoni għad-dokumenti tal-kuntratt mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ avviż konformement mal-Artikolu 51 ta’ din id-direttiva. |
72 |
L-issodisfar ta’ tali kundizzjonijiet huwa għalhekk tali li jiżgura l-osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24. |
73 |
Mill-banda l-oħra, dawn il-prinċipji ma jkunux issodisfatti fil-każ fejn operatur ekonomiku li jixtieq jaċċessa l-imsemmija speċifikazzjonijiet tal-kuntratt sabiex jevalwa l-opportunità li jagħmel offerta jkun obbligat jesprimi, minn qabel, xi interess lill-awtorità kontraenti. |
74 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għall-punt (a) tal-ewwel domanda u għall-punt (a) tat-tieni domanda hija li l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24, il-punti 7 u 8 kif ukoll il-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas u li ladarba jintlaħaq dan il-limitu, l-imsemmi ftehim qafas ikun eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
Fuq il-punt (b) tal-ewwel domanda u l-punt (b) tat-tieni domanda
75 |
Permezz tal-punt (b) tal-ewwel domanda u tal-punt (b) tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 kif ukoll il-punt 7 u l-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-kwantità stmata jew il-valur stmat tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas kif ukoll il-kwantità massima jew il-valur massimu ta’ dawn il-prodotti għandhom jiġu indikati fl-avviż ta’ kuntratt b’mod globali. |
76 |
Peress li, kif jirriżulta mir-risposta mogħtija għall-punt (a) tal-ewwel domanda u għall-punt (a) tat-tieni domanda, l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas, il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24 jipprekludu li awtorità kontraenti tillimita ruħha li tikkomunika informazzjoni parzjali dwar is-suġġett u l-portata, prevista fuq il-livell kwantitattiv u/jew finanzjarju, ta’ ftehim qafas. |
77 |
Din l-indikazzjoni tista’ tidher b’mod globali fl-avviż ta’ kuntratt, fejn tali riferiment huwa suffiċjenti sabiex jiżgura l-osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva. |
78 |
Madankollu, xejn ma jipprekludi li awtorità kontraenti, sabiex ittejjeb l-informazzjoni tal-offerenti u tippermettilhom jevalwaw bl-aħjar mod l-opportunità li jippreżentaw offerta, tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali u taqsam il-kwantità stmata globali jew il-valur stmat globali tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-ftehim qafas sabiex tikkaratterizza l-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti oriġinali li jkollha l-intenzjoni tikkonkludi ftehim qafas u dawk tal-awtorità jew awtoritajiet kontraenti oriġinali li jkunu wrew ix-xewqa li jipparteċipaw f’dan il-ftehim qafas b’mod fakultattiv. |
79 |
Bl-istess mod, awtorità kontraenti tista’ tippreżenta b’mod distint, fl-avviż ta’ kuntratt, il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas għal kull waħda mill-awtoritajiet kontraenti li jkollhom l-intenzjoni li jikkonkludu l-ftehim qafas jew li għandhom għażla għal dan l-għan. Dan jista’ jkun il-każ b’mod partikolari meta, fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi sussegwenti, l-operaturi ekonomiċi jiġu mistiedna jissottomettu offerti għal-lottijiet kollha jew għall-pożizzjonijiet kollha msemmija fl-avviż ta’ kuntratt jew inkella meta l-kuntratti sussegwenti jkollhom jiġu eżegwiti f’postijiet imbiegħda. |
80 |
Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-punt (b) tal-ewwel domanda u għall-punt (b) tat-tieni domanda hija li l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 kif ukoll il-punt 7 u l-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll il-kwantità massima u/jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas b’mod globali u li dan l-avviż jista’ jiffissa rekwiżiti addizzjonali li l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li żżid fih. |
Fuq it-tielet domanda
81 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-fatt li l-qorti tar-rinviju fformulat domanda preliminari billi rreferiet għal ċerti dispożizzjonijiet biss tad-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lil dik il-qorti l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk hija rreferiet għalihom meta ressqet id-domandi tagħha jew le. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tislet, mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti ta’ dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑27 ta’ Ottubru 2009, ČEZ, C‑115/08, EU:C:2009:660, punt 81; tat‑22 ta’ Marzu 2012, Nilaş et, C‑248/11, EU:C:2012:166, punt 31, kif ukoll tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani u Guerrato, C‑178/16, EU:C:2017:1000, punt 28). |
82 |
F’dan il-każ, id-Direttiva 92/13, li l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tagħha hija mitluba mill-qorti tar-rinviju, tikkonċerna r-regoli dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali. Issa, tali servizzi ma humiex inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda r-rikorsi relatati mal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti bbażati fuq id-Direttiva 2014/24 li huma rregolati mid-Direttiva 89/665, li l-Artikolu 2d(1)(a) tagħha huwa fformulat f’termini analogi għal dawk tad-dispożizzjoni korrispondenti tad-Direttiva 92/13. |
83 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli fil-każ fejn avviż ta’ kuntratt ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, anki jekk, minn naħa, il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-ftehim qafas previst ma jirriżultax minn dan l-avviż ta’ kuntratt, iżda mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u, min-naħa l-oħra, la l-imsemmi avviż ta’ kuntratt u lanqas dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ma jsemmu kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-imsemmi ftehim qafas. |
84 |
L-Artikolu 2d(1) tad-Direttiva 89/665 jipprevedi li l-assenza ta’ pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, mingħajr ma dan ikun awtorizzat bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24, iċċaħħad il-kuntratt ikkonċernat, jew bħal f’dan il-każ, il-ftehim qafas ikkonċernat, mill-effetti tiegħu. |
85 |
Dan l-Artikolu 2d ġie inkluż fil-verżjoni inizjali tad-Direttiva 89/665 permezz tad-Direttiva 2007/66. Il-leġiżlatur tal-Unjoni spjega l-emendi li saru billi indika, fil-premessa 13 tad-Direttiva 2007/66 li, sabiex jiġġieled kontra l-għoti dirett illegali ta’ kuntratti li l-Qorti tal-Ġustizzja kklassifikat, fis-sentenza tagħha tal‑11 ta’ Jannar 2005, Stadt Halle u RPL Lochau (C‑26/03, EU:C:2005:5, punti 36 u 37), bħala l-iktar ksur serju tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti, għandha tiġi prevista sanzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva u jiġi kkunsidrat li f’dan ir-rigward kuntratt li jirriżulta minn għoti dirett illegali għandu, bħala prinċipju, ikun ineffettiv. Fil-premessa 14 ta’ din id-direttiva, huwa ppreċiża li l-assenza ta’ effetti hija l-mod l-iktar effettiv sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni u sabiex jinħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda għall-operaturi ekonomiċi li jkunu ġew illegalment imċaħħda mill-possibbiltà li jipparteċipaw fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt u li l-għoti dirett ta’ kuntratti, fis-sens ta’ din id-direttiva, għandu jinkludi l-kuntratti kollha mogħtija mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-sens tad-Direttiva 2004/18. |
86 |
B’hekk mill-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665, moqri fid-dawl tal-premessi 13 u 14 tad-Direttiva 2007/66, jirriżulta li, waqt l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/66, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jintroduċi sanzjoni severa fid-dritt applikabbli li l-applikazzjoni tagħha għandha madankollu tkun limitata għall-każijiet l-iktar gravi ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi, jiġifieri dawk b’għoti dirett ta’ kuntratt mingħajr ebda pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
87 |
Minn dan isegwi li jkun sproporzjonat li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tiġi estiża għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha r-Reġjuni ppubblikaw avviż ta’ kuntratt u għamlu l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt aċċessibbli mingħajr ma semmew, f’dan l-avviż jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat, u l-kwantità massima u/jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ dan il-ftehim qafas. |
88 |
F’tali sitwazzjoni, il-ksur tal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24, moqri flimkien mal-punti 7 u 8 kif ukoll mal-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, ma jilħaqx il-grad ta’ gravità meħtieġ sabiex iwassal għall-applikazzjoni tas-sanzjoni prevista fl-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665. |
89 |
Fil-fatt, in-nuqqas tal-awtorità kontraenti li twettaq l-obbligu tagħha li ssemmi l-portata ta’ ftehim qafas huwa, f’każ bħal dan, suffiċjentement ċar sabiex ikun jista’ jiġi identifikat minn operatur ekonomiku li kellu l-intenzjoni li jagħmel offerta u li, minħabba f’hekk, kellu jitqies li kien ġie avżat. |
90 |
Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li l-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 89/665 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ fejn avviż ta’ kuntratt ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, anki jekk, minn naħa, il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-ftehim qafas previst ma jirriżultax minn dan l-avviż ta’ kuntratt, iżda mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u, min-naħa l-oħra, la l-imsemmi avviż ta’ kuntratt u lanqas dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ma jsemmu kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-imsemmi ftehim qafas. |
Fuq l-ispejjeż
91 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: id-Daniż.