EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0644

Kawża C-644/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Poznaniu – il-Polonja) – W. J. vs L. J. u J. J., legalment irrappreżentati minn A. P., (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, liġi applikabbli, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment – Determinazzjoni tal-liġi applikabbli – Protokoll ta’ Den Haag dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment – Artikolu 3 – Residenza abitwali ltal-kreditur – Mument li fih tiġi ddeterminata r-residenza abitwali – Żamma illegali ta’ wild)

ĠU C 257, 4.7.2022, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Poznaniu – il-Polonja) – W. J. vs L. J. u J. J., legalment irrappreżentati minn A. P.,

(Kawża C-644/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, liġi applikabbli, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment - Determinazzjoni tal-liġi applikabbli - Protokoll ta’ Den Haag dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment - Artikolu 3 - Residenza abitwali ltal-kreditur - Mument li fih tiġi ddeterminata r-residenza abitwali - Żamma illegali ta’ wild)

(2022/C 257/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: W. J.

Konvenuti: L. J. u J. J., legalment irrappreżentati minn A. P.

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tal-Protokoll tal-Aja [Den Haag] tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment, approvat f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/941/KE tat-30 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għall-kreditu ta’ manteniment ta’ wild minuri mneħħi minn wieħed mill-ġenituri tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru, il-fatt li qorti ta’ dan l-Istat Membru ordnat, fil-kuntest ta’ proċedura distinta, ir-ritorn ta’ dan il-wild fl-Istat fejn huwa kien jirresjedi abitwalment mal-ġenituri tiegħu immedjatament qabel it-tneħħija tiegħu, ma huwiex biżżejjed sabiex jostakola li dan il-wild ikun jista’ jikseb residenza abitwali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


Top