This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0625
Case C-625/20: Judgment of the Court (Second Chamber) of 30 June 2022 (request for a preliminary ruling from the Juzgado de lo Social No 26 de Barcelona — Spain) — KM v Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) (Reference for a preliminary ruling — Social policy — Equal treatment for men and women in matters of social security — Directive 79/7/EEC — Article 4(1) — Indirect discrimination on ground of sex — National legislation providing that two or more total occupational invalidity pensions acquired under the same statutory social security scheme are incompatible — Compatibility of such pensions where they come under different statutory social security schemes — Finding of indirect discrimination on the basis of statistical data — Determination of the affected groups to be compared — Justification)
Kawża C-625/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social n° 26 de Barcelona – Spanja) – KM vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali – Direttiva 79/7/KEE – Artikolu 4(1) – Diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-inkompatibbiltà ta’ żewġ pensjonijiet jew iktar ta’ invalidità professjonali totali miksuba taħt l-istess skema statutorja ta’ sigurtà soċjali – Kompatibbiltà ta’ tali pensjonijiet meta jaqgħu taħt skemi statutorji ta’ sigurtà soċjali distinti – Konstatazzjoni ta’ diskriminazzjoni indiretta abbażi ta’ statistika – Determinazzjoni tal-gruppi milquta li għandhom jitqabblu – Ġustifikazzjoni)

ĠU C 318, 22.8.2022, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 26 de Barcelona – Spanja) – KM vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
(Kawża C-625/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Direttiva 79/7/KEE - Artikolu 4(1) - Diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-inkompatibbiltà ta’ żewġ pensjonijiet jew iktar ta’ invalidità professjonali totali miksuba taħt l-istess skema statutorja ta’ sigurtà soċjali - Kompatibbiltà ta’ tali pensjonijiet meta jaqgħu taħt skemi statutorji ta’ sigurtà soċjali distinti - Konstatazzjoni ta’ diskriminazzjoni indiretta abbażi ta’ statistika - Determinazzjoni tal-gruppi milquta li għandhom jitqabblu - Ġustifikazzjoni)
(2022/C 318/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 26 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: KM
Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi lill-ħaddiema affiljati mas-sigurtà soċjali milli jibbenefikaw kumulattivament minn żewġ pensjonijiet ta’ invalidità professjonali totali meta dawn il-pensjonijiet jaqgħu taħt l-istess skema ta’ sigurtà soċjali, filwaqt li tippermetti tali kumulu meta dawn il-pensjonijiet jaqgħu taħt skemi distinti ta’ sigurtà soċjali, kemm-il darba din il-leġiżlazzjoni tqiegħed partikolarment fi żvantaġġ lill-ħaddiema nisa meta mqabbla mal-ħaddiema rġiel, b’mod partikolari sa fejn tippermetti proporzjon sinjifikattivament ogħla ta’ ħaddiema rġiel, iddeterminat abbażi tal-ħaddiema rġiel kollha suġġetti għall-imsemmija leġiżlazzjoni, meta mqabbel mal-proporzjon korrispondenti ta’ ħaddiema nisa, jibbenefikaw minn dan il-kumulu, u kemm-il darba l-istess leġiżlazzjoni ma tkunx iġġustifikata minn fatturi oġġettivi mhux marbuta ma’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess.