EUR-Lex Adgang til EU-lovgivningen

Tilbage til forsiden

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 62020CA0568

Kawża C-568/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – J vs H Limited (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(a) – Kunċett ta’ “sentenza” – Ordni għall-ħlas mogħtija fi Stat Membru ieħor wara eżami sommarju u kontradittorju ta’ sentenza mogħtija fi Stat terz – Artikolu 39 – Saħħa eżekuttiva fl-Istati Membri)

ĠU C 213, 30.5.2022, s. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – J vs H Limited

(Kawża C-568/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “sentenza” - Ordni għall-ħlas mogħtija fi Stat Membru ieħor wara eżami sommarju u kontradittorju ta’ sentenza mogħtija fi Stat terz - Artikolu 39 - Saħħa eżekuttiva fl-Istati Membri)

(2022/C 213/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J

Konvenut: H Limited

Dispożittiv

L-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandhom jiġu interpretati fis-sens li digriet ta’ ordni għall-ħlas adottat minn qorti ta’ Stat Membru abbażi ta’ sentenzi definittivi mogħtija fi Stat terz jikkostitwixxi sentenza u jgawdi minn saħħa eżekuttiva fl-Istati Membri l-oħra jekk dan ikun ingħata fi tmiem proċedura kontradittorja fl-Istat Membru tal-oriġini u jkun ġie iddikjarat eżekuttiv fih, b’dan li madankollu n-natura ta’ sentenza ma ċċaħħadx lill-konvenut fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni mid-dritt li jitlob, skont l-Artikolu 46 ta’ dan ir-regolament, ir-rifjut ta’ eżekuzzjoni għal waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 45 tiegħu.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


Op