This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0534
Case C-534/20: Judgment of the Court (First Chamber) of 22 June 2022 (request for a preliminary ruling from the Bundesarbeitsgericht — Germany) — Leistritz AG v LH (Reference for a preliminary ruling — Protection of natural persons with regard to the processing of personal data — Regulation (EU) 2016/679 — Second sentence of Article 38(3) — Data protection officer — Prohibition of the dismissal, by a controller or processor, of a data protection officer or of the imposition, by a controller or processor, of a penalty on him or her for performing his or her tasks — Legal basis — Article 16 TFEU — Requirement of functional independence — National legislation prohibiting the termination of a data protection officer’s employment contract without just cause)
Kawża C-534/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Leistritz AG vs LH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) – Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data – Projbizzjoni, għal kontrollur jew proċessur, li jneħħi lil uffiċjal tal-protezzjoni tad-data mill-funzjonijiet tiegħu jew li jippenalizzah minħabba t-twettiq tal-kompiti tiegħu – Bażi legali – Artikolu 16 TFUE – Rekwiżit ta’ indipendenza funzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tkeċċija ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fl-assenza ta’ raġuni serja)

ĠU C 303, 8.8.2022, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Leistritz AG vs LH
(Kawża C-534/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) - Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data - Projbizzjoni, għal kontrollur jew proċessur, li jneħħi lil uffiċjal tal-protezzjoni tad-data mill-funzjonijiet tiegħu jew li jippenalizzah minħabba t-twettiq tal-kompiti tiegħu - Bażi legali - Artikolu 16 TFUE - Rekwiżit ta’ indipendenza funzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi t-tkeċċija ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fl-assenza ta’ raġuni serja)
(2022/C 303/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Leistritz AG
Konvenut: LH
Dispożittiv
It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li kontrollur jew proċessur ma jistax ikeċċi uffiċjal tal-protezzjoni tad-data li huwa membru tal-persunal tiegħu ħlief għal raġuni serja, anki jekk it-tkeċċija ma hijiex marbuta mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ dan l-uffiċjal, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tikkompromettix it-twettiq tal-għanijiet ta’ dan ir-regolament.