EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0447

Kawżi magħquda C-447/20 u C-448/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs LM (C-447/20), BD, Autoridade Tributária e Aduaneira (C-448/20), (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 – Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Azzjoni ġudizzjarja kontra l-irregolaritajiet – Artikolu 4 – Adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi – Artikolu 3(1) – Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja – Skadenza – Invokabbiltà fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru forzat – Artikolu 3(2) – Terminu ta’ eżekuzzjoni – Applikabbiltà – Bidu tad-dekorrenza – Interruzzjoni u sospensjoni – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri)

ĠU C 213, 30.5.2022, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs LM (C-447/20), BD, Autoridade Tributária e Aduaneira (C-448/20),

(Kawżi magħquda C-447/20 u C-448/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Azzjoni ġudizzjarja kontra l-irregolaritajiet - Artikolu 4 - Adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi - Artikolu 3(1) - Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja - Skadenza - Invokabbiltà fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru forzat - Artikolu 3(2) - Terminu ta’ eżekuzzjoni - Applikabbiltà - Bidu tad-dekorrenza - Interruzzjoni u sospensjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri)

(2022/C 213/12)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)

Konvenuti: LM (C-447/20), BD, Autoridade Tributária e Aduaneira (C-448/20),

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-[Unjoni] Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, għall-finijiet ta’ kontestazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru ta’ somom imħallsa indebitament, adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja msemmija f’din id-dispożizzjoni, id-destinatarju tagħha huwa obbligat jinvoka l-irregolarità ta’ din id-deċiżjoni f’ċertu terminu quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, taħt piena ta’ dekadenza, u ma jistax iktar jopponi l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni billi jinvoka l-istess irregolarità fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja għall-irkupru forzat, mibdija kontrih.

2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett immedjat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, mingħajr ma jkun meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri ta’ implimentazzjoni. Minn dan jirriżulta li d-destinatarju ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament għandu, fi kwalunkwe każ, ikun jista’ jinvoka l-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament jew, jekk ikun il-każ, ta’ terminu ta’ eżekuzzjoni estiż skont l-Artikolu 3(3) tal-imsemmi regolament, sabiex jopponi l-irkupru forzat ta’ dawn is-somom.

3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mill-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament, b’dan it-terminu għandu jiddekorri mill-ġurnata li fiha din id-deċiżjoni ssir definittiva, jiġifieri mill-jum tal-iskadenza tat-termini tar-rikors jew mill-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji.

4)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa interrott mill-ordni għall-irkupru forzat tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rkupru.


(1)  ĠU C 443, 21.12.2020.


Top