Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0064

    Kawża C-64/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ard-Chúirt – l-Irlanda) – UH vs An tAire Talmhaíochta, Bia agus Mara, Éire, An tArd-Aighne (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 288 TFUE – Direttiva 2001/82/KE – Kodiċi Komunitarju dwar il-prodotti mediċinali veterinarji – Artikoli 58, 59 u 61 – Informazzjoni li għandha tidher fuq l-imballaġġ estern, fuq l-imballaġġ primarju u fuq il-fuljett ta’ tagħrif tal-prodotti mediċinali veterinarji – Obbligu li l-informazzjoni titfassal bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istat Membru tat-tqegħid fis-suq – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tfassil tal-informazzjoni biss b’lingwa waħda jew oħra mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru – Qorti nazzjonali adita b’rikors intiż li jiġi kkonstatat li l-Istat Membru ma ttrasponiex b’mod korrett id-Direttiva 2001/82/KE u li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jemendaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali)

    ĠU C 180, 10.5.2021, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 180/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ard-Chúirt – l-Irlanda) – UH vs An tAire Talmhaíochta, Bia agus Mara, Éire, An tArd-Aighne

    (Kawża C-64/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 288 TFUE - Direttiva 2001/82/KE - Kodiċi Komunitarju dwar il-prodotti mediċinali veterinarji - Artikoli 58, 59 u 61 - Informazzjoni li għandha tidher fuq l-imballaġġ estern, fuq l-imballaġġ primarju u fuq il-fuljett ta’ tagħrif tal-prodotti mediċinali veterinarji - Obbligu li l-informazzjoni titfassal bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istat Membru tat-tqegħid fis-suq - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tfassil tal-informazzjoni biss b’lingwa waħda jew oħra mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru - Qorti nazzjonali adita b’rikors intiż li jiġi kkonstatat li l-Istat Membru ma ttrasponiex b’mod korrett id-Direttiva 2001/82/KE u li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jemendaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali)

    (2021/C 180/02)

    Lingwa tal-kawża: l-Irlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Ard-Chúirt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: UH

    Konvenuti: An tAire Talmhaíochta, Bia agus Mara, Éire, An tArd-Aighne

    Dispożittiv

    L-Artikolu 288 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali li, fil-kuntest ta’ proċedura prevista għal dan il-għan fid-dritt intern, tikkonstata li l-Istat Membru li taqa’ taħtu ma ssodisfax l-obbligu tiegħu li jittrasponi korrettament id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji, kif emendata bid-Direttiva 2004/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, tirrifjuta li tadotta, għar-raġuni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tidhrilha li hija konformi mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE, li jħassar din id-direttiva u li ser ikun applikabbli mit-28 ta’ Jannar 2022, dikjarazzjoni ġudizzjarja fis-sens li dan l-Istat Membru ma ttrasponiex b’mod korrett l-imsemmija direttiva u huwa obbligat jirrimedja dan in-nuqqas.


    (1)  ĠU C 162, 11.5.2020.


    Top