Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0034

Kawża C-34/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln – il-Ġermanja) – Telekom Deutschland GmbH vs Bundesrepublik Deutschland, irrappreżentata mill-Bundesnetzagentur für Elektrizität, Gas, Telekommunikation, Post und Eisenbahnen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Komunikazzjonijiet elettroniċi – Regolament (UE) 2015/2120 – Artikolu 3 – Aċċess għal internet miftuħ – Artikolu 3(1) – Drittijiet tal-utenti finali – Artikolu 3(2) – Projbizzjoni tal-ftehimiet u tal-prattiki kummerċjali li jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti finali – Artikolu 3(3) – Obbligu ta’ trattament ugwali u nondiskriminatorju tat-traffiku – Possibbiltà li jiġu implimentati miżuri raġonevoli ta’ ġestjoni tat-traffiku – Għażla tariffarja supplimentari msejħa “tariffa żero” – Limitazzjoni tal-bandwidth)

ĠU C 462, 15.11.2021, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln – il-Ġermanja) – Telekom Deutschland GmbH vs Bundesrepublik Deutschland, irrappreżentata mill-Bundesnetzagentur für Elektrizität, Gas, Telekommunikation, Post und Eisenbahnen

(Kawża C-34/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Regolament (UE) 2015/2120 - Artikolu 3 - Aċċess għal internet miftuħ - Artikolu 3(1) - Drittijiet tal-utenti finali - Artikolu 3(2) - Projbizzjoni tal-ftehimiet u tal-prattiki kummerċjali li jillimitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-utenti finali - Artikolu 3(3) - Obbligu ta’ trattament ugwali u nondiskriminatorju tat-traffiku - Possibbiltà li jiġu implimentati miżuri raġonevoli ta’ ġestjoni tat-traffiku - Għażla tariffarja supplimentari msejħa “tariffa żero” - Limitazzjoni tal-bandwidth)

(2021/C 462/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Telekom Deutschland GmbH

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland, irrappreżentata mill-Bundesnetzagentur für Elektrizität, Gas, Telekommunikation, Post und Eisenbahnen

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li limitazzjoni tal-bandwidth, minħabba l-attivazzjoni ta’ għażla tariffarja msejħa “tariffa żero”, applikata għall-istreaming ta’ video, kemm jekk imxandar minn operaturi msieħba jew minn fornituri oħra ta’ kontenut, hija inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 137, 27.4.2020.


Top