This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0721
Case T-721/19: Action brought on 18 October 2019 — Rübig v Parliament
Kawża T-721/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2019 – Rübig vs Il-Parlament
Kawża T-721/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2019 – Rübig vs Il-Parlament
ĠU C 423, 16.12.2019, p. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/63 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2019 – Rübig vs Il-Parlament
(Kawża T-721/19)
(2019/C 423/79)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Paul Rübig (Wels, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Schmitt u A. Waisse, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara u taqta’ li
— |
ir-rikors preżenti huwa ammissibbli; |
— |
kemm skont il-bżonn, kemm bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u ta’ istruzzjoni tal-preżenti kawża, il-Parlament Ewropew jiġi kkundannat jipproduċi l-pariri mogħtija mis-servizz legali tal-Parlament Ewropew, liema pariri ngħataw fis-16 ta’ Lulju 2018 kif ukoll fit-3 ta’ Diċembru 2018, bla ħsara għad-data preċiża, imma f’kull każ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-Bureau tal-Parlament fl-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2018/C 466/02, Ġurnal Uffiċjali tat-28 ta’ Diċembru 2018, C 466/8); |
— |
id-deċiżjoni individwali kkontestata, ikkomunikata lir-rikorrent mid-diviżjoni “Remunerazzjoni u drittijiet soċjali tal-Membri” tad-Direzzjoni Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew li tikkonċerna d-drittijiet tar-rikorrent għall-pensjoni addizzjonali tiegħu (volontarja) matul ix-xahar ta’ Settembru 2019 tiġi annullata fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE inkwantu din id-deċiżjoni timplimenta t-taxxa speċjali ta’ 5 % tal-ammont nominali tal-pensjoni addizzjonali (volontarja) dovuta lir-rikorrent kif stabbilita bid-deċiżjoni tal- Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 hawn fuq imsemmija; |
— |
id-deċiżjoni meħuda mill-Bureau tal-Parlament fl-10 ta’ Diċembru 2018 hawn fuq imsemmija tiġi ddikjarata inapplikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, inkwantu hija temenda l-Artikolu 76 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u b’mod partikolari inkwantu tistabbilixxi taxxa speċjali ta’ 5 % fuq l-ammont nominali tal-pensjonijiet addizzjonali (valontarji) eżiġibbli mill-1 ta’ Jannar 2019; |
— |
il-Parlament Ewropew jiġi kkundannat għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv, dwar l-inkompetenza ratione materiae tal-Bureau.
|
2. |
It-tieni motiv, dwar ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali.
|
3. |
It-tielet motiv, dwar ksur tad-drittijiet miksuba u drittijiet futuri u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.
|
4. |
Ir-raba’ motiv, dwar ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalita u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.
|
5. |
Il-ħames motiv, dwar ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-assenza ta’ miżuri tranżitorji.
|