This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0502
Case T-502/19: Action brought on 12 July 2019 — Corneli v ECB
Kawża T-502/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2019 — Corneli vs BĊE
Kawża T-502/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2019 — Corneli vs BĊE
ĠU C 312, 16.9.2019, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/39 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2019 — Corneli vs BĊE
(Kawża T-502/19)
(2019/C 312/32)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Francesca Corneli (Velletri, l-Italja) (rappreżentanti: M. Condinanzi, L. Boggio u F. Ferraro, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara lid-deċiżjoni kkontestata nulla u bla effett, ladarba jiġi stabbilit l-illegalità tagħha; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż; u |
— |
tordna, bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-produzzjoni b’mod sħiħ rispettivament tal-att ikkontestat u tad-deċiżjoni ta’ estensjoni sussegwenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Jannar 2019, ECB-SSM-2019-ITCAR-11, adottata abbażi ta’ abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju skont l-Artikolu 26(8) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (1), skont l-Artikoli 69q, 70 u 98 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 385 tal-1 ta’Settembru 1993 (“TUB”) li jittrasponu l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, li jxolji l-korpi amministrattivi u ta’ kontroll ta’ Banca Carige S.p.A., b’sede f’Genova, u li jissostitwihom rispettivament bi tliet kummissarji straordinarji u kumitat ta’ sorveljanza kompost minn tliet membri.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2014/59/UE (2) u tal-Artikolu 69q et seq. tat-TUB.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ proporzjonalità u ta’ gradwalità li teħtieġ is-sistema ġenerali ta’ miżuri ta’ intervent bikri. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2014/59/UE u tal-prinċipju ta’ prestazzjoni tajba tal-amministrazzjoni pubblika.
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 70 TUB, dwar l-użu ħażin ta’ poter, kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli dwar id-dritt tal-azzjonista li jinsabu fid-Direttiva (UE) Nru 1132/2017 (3) u fil-Kodiċi Ċivili Taljan, ukoll bħala implimentazzjoni tal-prinċipji fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Kostituzzjoni Taljana, dwar il-protezzjoni tal-propjetà, tfaddil u inizjattiva ekonomika privata kif ukoll l-awtodeterminazzjoni taċ-ċittadin fl-għażliet personali. |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).
(2) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (GU 2014, L 173, p. 190).
(3) Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (GU 2017, L 169, p. 46).