This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0291
Case T-291/19: Action brought on 3 May 2019 — Pšonka v Council
Kawża T-291/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Pshonka vs Il-Kunsill
Kawża T-291/19: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Pshonka vs Il-Kunsill
ĠU C 246, 22.7.2019, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/29 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Pshonka vs Il-Kunsill
(Kawża T-291/19)
(2019/C 246/31)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: Viktor Pavlovych Pshonka (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla, minn naħa, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u min-naħa l-oħra, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba. Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni b’mod partikolari li, meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea naqas milli jeżerċita d-diliġenza dovuta sa fejn, qabel ma ttieħdet l-imsemmija deċiżjoni, huwa ma eżaminax l-allegazzjonijiet, lanqas il-provi prodotti mir-rikorrent li huma favur dan tal-aħħar, u bbaża essenzjalment fuq preżentazzjoni qasira tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina u ma talabx għal iktar informazzjoni dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjoni fl-Ukrajna. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jafferma li r-restrizzjonijiet li huwa suġġett għalihom huma sproporzjonati, ma humiex meħtieġa u jiksru l-garanziji internazzjonali relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet għall-proprjetà tar-rikorrent. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent mogħtija lilu mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi kontrih kisret id-dritt tiegħu għal proċess ġust, għall-preżunzjoni tal-innoċenza kif ukoll għall-protezzjoni tal-proprjetà privata. |