EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0136

Kawża T-136/19: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 — Bulgarian Energy Holding et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 164, 13.5.2019, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/53


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2019 — Bulgarian Energy Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-136/19)

(2019/C 164/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bulgarian Energy Holding EAD (Sofija, il-Bulgarija), Bulgartransgaz EAD (Sofija), Bulgargaz EAD (Sofija) (rappreżentanti: K. Struckmann, avukat, M. Powell u A. Kadri, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tadotta miżuri ta’ organizzazzjoni ta’ proċedura jew miżuri istruttorji speċifikati fit-Taqsima 3.6 tar-rikors, jew kull miżura tali oħra kif il-Qorti jidhrilha neċessarju;

tannulla bis-sħiħ jew parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 8806 finali, tas-17 ta’ Diċembru 2018, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 102 TFUE (AT.39849 — BEH Gas);

tannulla jew tnaqqas il-livell ta’ multa imposta;

tikkundanna l-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali, b’hekk kisret id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-definizzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tas-suq rilevanti hija vvizzjata minn żbalji ta’ liġi u ta’ fatt, u b’nuqqas li twettaq analiżi tas-suq u tagħti raġunijiet adegwati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata li Bulgargaz EAD, bħala waħda mir-rikorrenti, jew ir-rikorrenti kollha flimkien, kellha pożizzjoni dominanti fuq is-suq għal servizzi ta’ kapaċità, hija vvizzjata minn żbalji ta’ liġi u l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti.

4.

Ir-raba motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser it-trattati tal-Unjoni Ewropea billi tonqos milli tistabbilixxi, mal-istandard meħtieġ, li l-kondotta deskritta fid-deċiżjoni kkontestata tammonta għal ksur tal-Artikolu 102 TFUE, fid-dawl ta’ żbalji fl-applikazzjoni tal-liġi u l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata dwar it-tul tal-ksur allegat huma vvizzjati minn żbalji ta’ liġi u fl-evalwazzjoni tagħha tal-fatti.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li billi tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 (1), it-trattati tal-UE kienu tkisru, fil-proċess.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-multa għandha tiġi annullata jew mnaqsa fid-dawl tan-nuqqas tad-deċiżjoni kkontestata li taderixxi mal-linji gwida tal-multi tal-konvenuta, jew sussidjarament fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni illimitata tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 261 TFUE fuq il-bażi li l-multa hija fiċ-ċirkustanzi kollha sproporzjonata għall-kondotta li qed tiġi ssanzjonata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


Top