EUR-Lex Hozzáférés az európai uniós joghoz

Vissza az EUR-Lex kezdőlapjára

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62019TN0081

Kawża T-81/19: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 – Apostolopoulou u Apostolopoulou-Chrysanthaki vs Il-Kummissjoni

ĠU C 112, 25.3.2019., 49—50. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/49


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2019 – Apostolopoulou u Apostolopoulou-Chrysanthaki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-81/19)

(2019/C 112/60)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Zoe Apostolopoulou u Anastasia Apostolopoulou-Chrysanthaki (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: D. Gouskos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tgħaqqad din il-kawża ma’ dik konnessa magħha mibdija minnhom fil-25 ta’ Ottubru 2018, irreġistrata bin-numru T-721/2018;

tilqa’ r-rikors tagħhom u tikkundanna lill-konvenuti, flimkien u in solidum, iħallsu lil kull waħda mir-rikorrenti s-somma totali ta’ miljun u mitt elf euro, bħala kumpens għad-dannu morali sostnut minnhom minħabba ksur tad-drittijiet ta’ personalità tagħhom, kif tali somma ġiet spjegata fid-dettall fir-rikors tagħhom;

tikkundanna lill-konvenuti sabiex fil-futur jastjenu minn kwalunkwe ksur tad-drittijiet ta’ personalità tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-ewwel konvenuta terġa’ tistabbilixxi l-unur u r-reputazzjoni tar-rikorrenti permezz ta’ dikjarazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż proċedurali kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra l-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea. Fid-dawl tal-fatt li din tal-aħħar tiġi dejjem irrappreżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-istituzzjoni responsabbli għall-att jew l-aġir ikkontestat, il-Kummissjoni hija kkunsidrata, konsegwentement, l-unika konvenuta f’dan ir-rikors.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ lealtà u ta’ ekwità bejn il-partijiet, fuq il-ksur tal-prinċipju fundamentali tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal proċess xieraq.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dinjità umana u tal-personalità tar-rikorrenti bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ legalità, ta’ bone fide u tal-aspettattivi leġittimi.


Az oldal tetejére