This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0065
Case T-65/19: Action brought on 5 February 2019 — AI v ECDC
Kawża T-65/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 — AI vs ECDC
Kawża T-65/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 — AI vs ECDC
ĠU C 131, 8.4.2019, p. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/53 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2019 — AI vs ECDC
(Kawża T-65/19)
(2019/C 131/62)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: AI (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenut: iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-ECDC tat-18 ta’ Mejju 2018 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent tal-20 ta’ Ġunju 2017, |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-ECDC tal-20 ta’ Ġunju 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tat-30 ta’ Mejju 2018 għal aċċess għar-rapport ta’ inkjesta; |
— |
tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-ECDC tas-26 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-2 ta’ Lulju 2018; |
— |
tordna lill-ECDC tħallas kumpens finanzjarju evalwat, ex aequo et bono, fl-ammont ta’ EUR 40 000, fir-rigward tad-dannu morali allegatament imġarrab mir-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tat-18 ta’ Mejju 2018 u motiv wieħed fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tal-20 ta’ Ġunju 2018.
1. |
L-ewwel motiv, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tat-18 ta’ Mejju 2018, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ. |
2. |
It-tieni motiv, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tat-18 ta’ Mejju 2018, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tat-18 ta’ Mejju 2018, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u ta’ fatti u fuq ksur tal-Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal. |
4. |
Motiv wieħed, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata tal-20 ta’ Ġunju 2018, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 45/2001. (1) |
(1) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).