Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0347

    Kawża T-347/19 u T-348/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Falqui u Poggiolini vs Il-Parlament (“Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Statut uniku tad-deputat Ewropew – Deputati Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani – Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet – Emenda tal-ammont tal-pensjonijiet – Rikorsi manifestament inammissibbli)

    ĠU C 339, 12.10.2020, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 339/21


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Falqui u Poggiolini vs Il-Parlament

    (Kawża T-347/19 u T-348/19) (1)

    (“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Statut uniku tad-deputat Ewropew - Deputati Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani - Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet - Emenda tal-ammont tal-pensjonijiet - Rikorsi manifestament inammissibbli)

    (2020/C 339/27)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Enrico Falqui (Firenze, l-Italja), Danilo Poggiolini (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sorrentino u A. Sandulli, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-noti tal-11 ta’ April 2019 stabbiliti, fil-każ ta’ kull wieħed mir-rikorrenti, mill-Kap tal-Unità “Remunerazzjoni u drittijiet soċjali tad-deputati” tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament u li jikkonċerna l-adattament tal-pensjonijiet li huma jibbenefikaw minnhom wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Enrico Falqui u Danilo Poggiolini għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


    (1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


    Top