This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TB0306
Case T-306/19: Order of the General Court of 24 March 2021 — Graanhandel P. van Schelven v Commission (Action for annulment — Agricultural policy — Organic production — Regulation (EC) No 834/2007 — Production and labelling of organic products — Organic products imported into the European Union — Certification of products by a control body — No interest in bringing proceedings — Lack of direct concern — Manifest inadmissibility)
Kawża T-306/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Graanhandel P. van Schelven vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Politika agrikola – Produzzjoni bijoloġika – Regolament (KE) Nru 834/2007 – Produzzjoni u ttikkettjar ta’ prodotti bijoloġiċi – Prodotti bijoloġiċi importati fl-Unjoni – Ċertifikazzjoni ta’ prodotti minn organu ta’ kontroll – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà manifesta”)
Kawża T-306/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Graanhandel P. van Schelven vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Politika agrikola – Produzzjoni bijoloġika – Regolament (KE) Nru 834/2007 – Produzzjoni u ttikkettjar ta’ prodotti bijoloġiċi – Prodotti bijoloġiċi importati fl-Unjoni – Ċertifikazzjoni ta’ prodotti minn organu ta’ kontroll – Assenza ta’ interess ġuridiku – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà manifesta”)
ĠU C 206, 31.5.2021, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/24 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Graanhandel P. van Schelven vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-306/19) (1)
(“Rikors għal annullament - Politika agrikola - Produzzjoni bijoloġika - Regolament (KE) Nru 834/2007 - Produzzjoni u ttikkettjar ta’ prodotti bijoloġiċi - Prodotti bijoloġiċi importati fl-Unjoni - Ċertifikazzjoni ta’ prodotti minn organu ta’ kontroll - Assenza ta’ interess ġuridiku - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà manifesta”)
(2021/C 206/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Graanhandel P. van Schelven BV (Nieuwe-Tonge, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Almeida, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, A. Dawes u B. Hofstötter, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/446 tad-19 ta’ Marzu 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU 2019 L 77, p. 67), sa fejn din id-dispożizzjoni, flimkien mal-punt 3 tal-Anness II tal-imsemmi regolament ta’ implimentazzjoni, tirtira r-rikonoxximent mogħti lil Control Union Certifications bħala organu kompetenti sabiex iwettaq kontrolli u joħroġ ċertifikati ta’ spezzjoni li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni bħala prodotti bijoloġiċi ta’ prodotti importati mill-Kazakistan, mill-Moldova, mir-Russja, mit-Turkija u mill-Emirati Għarab Magħquda.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u għal smigħ tax-xhieda ppreżentati minn Graanhandel P. van Schelven BV. |
3) |
Graanhandel P. van Schelven hija kkundannata għall-ispejjeż. |