Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0120

    Kawża T-120/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Numbi vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

    ĠU C 98, 22.3.2021, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Numbi vs Il-Kunsill

    (Kawża T-120/19) (1)

    (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

    (2021/C 98/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: John Numbi (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    John Numbi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


    Top