This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CO0606
Order of the Court (Sixth Chamber) of 13 February 2020.#flightright GmbH v IBERIA LAE SA Operadora Unipersonal.#Request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Hamburg.#Reference for a preliminary ruling — Article 99 of the Rules of Procedure of the Court — Area of freedom, security and justice — Jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters — Regulation (EU) No 1215/2012 — Second indent of Article 7(1)(b) — Special jurisdiction in matters relating to a contract — Concept of ‘place of performance’ — Contract for the provision of services — Air transport — Regulation (EC) No 261/2004 — Right to compensation for flight passengers in the event of cancellation or long delay of flights — Flight under a confirmed single booking with several connecting flights operated by two separate air carriers — Cancellation of the final leg of the journey — Claim for compensation brought against the air carrier in charge of the final leg of the journey before the court or tribunal which has territorial jurisdiction over the place of departure of the first leg of the journey.#Case C-606/19.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Frar 2020.
flightright GmbH vs Iberia LAE SA Operadora Unipersonal.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Amtsgericht Hamburg.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) – Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali – Kunċett ta’ “post tat-twettiq” – Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Dritt għal kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira – Titjira b’riżervazzjoni waħda kkonfermata u mwettqa f’diversi segmenti minn żewġ trasportaturi bl-ajru separati – Kanċellazzjoni tal-aħħar segment tat-titjira – Rikors għad-danni ppreżentat kontra t-trasportatur bl-ajru responsabbli għall-aħħar segment tat-titjira quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jinsab il-punt tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira.
Kawża C-606/19.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Frar 2020.
flightright GmbH vs Iberia LAE SA Operadora Unipersonal.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Amtsgericht Hamburg.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) – Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali – Kunċett ta’ “post tat-twettiq” – Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Dritt għal kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira – Titjira b’riżervazzjoni waħda kkonfermata u mwettqa f’diversi segmenti minn żewġ trasportaturi bl-ajru separati – Kanċellazzjoni tal-aħħar segment tat-titjira – Rikors għad-danni ppreżentat kontra t-trasportatur bl-ajru responsabbli għall-aħħar segment tat-titjira quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jinsab il-punt tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira.
Kawża C-606/19.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:101
*A9* Amtsgericht Hamburg, Beschluss vom 31/07/2019 (31b C 271/18)
DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
13 ta’ Frar 2020 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) – Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali – Kunċett ta’ “post tat-twettiq” – Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Dritt għal kumpens tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira – Titjira b’riżervazzjoni waħda kkonfermata u mwettqa f’diversi segmenti minn żewġ trasportaturi bl-ajru separati – Kanċellazzjoni tal-aħħar segment tat-titjira – Rikors għad-danni ppreżentat kontra t-trasportatur bl-ajru responsabbli għall-aħħar segment tat-titjira quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jinsab il-punt tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira”
Fil-Kawża C‑606/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Hamburg, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑31 ta’ Lulju 2019, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑12 ta’ Awwissu 2019, fil-proċedura
flightright GmbH
vs
Iberia LAE SA Operadora Unipersonal,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn M. Safjan (Relatur), President tal-Awla, L. Bay Larsen u N. Jääskinen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,
tagħti l-preżenti
Digriet
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn flightright GmbH, impriża stabbilita f’Potsdam (il-Ġermanja), u l-kumpannija tal-ajru Iberia LAE SA Operadora Unipersonal (iktar ’il quddiem “Iberia”), stabbilita f’Madrid (Spanja), dwar talba għal kumpens imressqa abbażi tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10). |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolament Nru 1215/2012
3 |
It-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012, bit-titolu “Ġurisdizzjoni speċjali”, tinkludi l-Artikolu 7 ta’ dan tal-aħħar, li jipprovdi, fil-punt 1 tiegħu: “Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor:
|
Ir-Regolament Nru 261/2004
4 |
L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 261/2004, bit-titolu “Definizzjonijiet”, jipprevedi: “[…]
[…]” |
5 |
L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu “Skop”, jipprovdi, fil-paragrafu 5 tiegħu: “Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur ta’ l-ajru li jopera li jipprovdi trasport għall-passiġġieri koperti mil-paragrafi 1 u 2. Fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera li m’għandu l-ebda kuntratt mal-passiġġier iwettaq obbligazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, għandu jiġi meqjus li qed jagħmel dan f’isem il-persuna li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier.” |
6 |
L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament, bit-titolu “Kanċellazzjoni”, jipprovdi, fil-paragrafu 1(ċ) tiegħu: “Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom: […]
|
7 |
L-Artikolu 7 tal-istess regolament, bit-titolu “Dritt għall-kumpens”, jipprovdi fil-paragrafu 1(a) tiegħu: “Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
8 |
Il-kawża prinċipali toriġina minn titjira b’konnessjonijiet li kienet prevista fil‑25 ta’ Awwissu 2018 u li kienet is-suġġett ta’ riżervazzjoni waħda kkonfermata, imwettqa minn żewġ passiġġieri (iktar ’il quddiem il-“passiġġieri inkwistjoni”). |
9 |
Din it-titjira, li telqet minn Hamburg (il-Ġermanja) lejn San Sebastián (Spanja), kienet tinkludi tliet segmenti. L-ewwel segment, li jgħaqqad lil Hamburg ma’ Londra (ir-Renju Unit), kien ġie operat mill-kumpannija tal-ajru British Airways, filwaqt li Iberia kienet responsabbli għaż-żewġ segmenti l-oħra, jiġifieri dawk li jgħaqqdu, rispettivament, lil Londra ma’ Madrid (Spanja) u lil Madrid ma’ San Sebastián. |
10 |
Għalkemm l-ewwel żewġ segmenti tat-titjira żvolġew mingħajr inċident, it-tielet wieħed, għall-kuntrarju, ġie kkanċellat, mingħajr ma l-passiġġieri inkwistjoni kienu ġew informati dwar dan fil-ħin. |
11 |
Minħabba din il-kanċellazzjoni, flightright, li lilha l-passiġġieri inkwistjoni kienu ċedew id-drittijiet eventwali tagħhom għal kumpens, ippreżentat quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Amtsgericht Hamburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Hamburg, il-Ġermanja), rikors għad-danni għal ammont totali ta’ EUR 500, jiġifieri EUR 250 għal kull passiġġier, kontra Iberia, abbażi tal-Artikolu 5(1)(ċ) u tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004, peress li d-distanza bejn Hamburg u San Sebastián kienet ta’ madwar 1433 km. |
12 |
Il-qorti tar-rinviju għandha dubji, minn naħa, dwar il-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża prinċipali u, min-naħa l-oħra, dwar il-possibbiltà għall-passiġġieri inkwistjoni li jressqu proċeduri ġudizzjarji kontra ż-żewġ trasportaturi bl-ajru li kienu involuti fit-twettiq tat-titjira b’konnessjonijiet li wasslet għall-kawża prinċipali. |
13 |
B’mod partikolari, din il-qorti tistaqsi dwar jekk hija għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża prinċipali fir-rigward tas-segment tat-titjira li ġie kkanċellat, minkejja l-fatt li l-post tat-tluq u l-post tal-wasla ta’ dan is-segment tat-titjira, jiġifieri, rispettivament, Madrid u San Sebastián, jinsabu barra mill-ġurisdizzjoni tagħha. |
14 |
Barra minn hekk, l-imsemmija qorti tosserva li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2019, České aerolinie (C‑502/18, EU:C:2019:604), iddeċidiet li, fil-kuntest ta’ titjira b’konnessjonijiet li tat lok għal riżervazzjoni waħda, setgħu jitressqu proċeduri ġudizzjarji għas-segmenti kollha ta’ din it-titjira kontra t-trasportatur bl-ajru li opera l-ewwel segment tal-imsemmija titjira, li l-punt tat-tluq tiegħu kien jinsab fil-ġurisdizzjoni tal-qorti adita, għall-finijiet ta’ rikors għad-danni ppreżentat abbażi tar-Regolament Nru 261/2004. |
15 |
Fid-dawl ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk jistgħux ukoll jitressqu proċeduri kontra t-trasportatur bl-ajru responsabbli għall-aħħar segment ta’ tali titjira fil-kuntest ta’ rikors għad-danni fuq din il-bażi. |
16 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Amtsgericht Hamburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Hamburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
17 |
Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’mod partikolari, meta r-risposta għad-domanda preliminari magħmula tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għal tali domanda ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, tiddeċiedi, f’kull mument, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat. |
18 |
Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kawża preżenti. |
19 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża li jkollha quddiemha. F’dan id-dawl, huwa obbligu, jekk ikun il-każ, tal-Qorti tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew sottomessi lilha. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jkollha tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti nazzjonali ma tkunx għamlet riferiment għalihom fid-domanda tagħha (sentenza tal‑5 ta’ Diċembru 2019, Centraal Justitieel Incassobureau (Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet pekunjarji), C‑671/18, EU:C:2019:1054, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
20 |
F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju ma tirreferi għal ebda dispożizzjoni fil-formulazzjoni tad-domandi preliminari tagħha. Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta b’mod ċar li din il-qorti qiegħda tistaqsi dwar il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors għad-danni ppreżentat kontra t-trasportatur bl-ajru responsabbli għall-aħħar segment tat-titjira u pendenti quddiemha. |
21 |
Konsegwentement, hemm lok li dawn id-domandi jiġu eżaminati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012. |
22 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-imsemmija domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, għandhom jinftiehmu bħala li jikkonsistu, għall-qorti tar-rinviju, f’li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, jekk it-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-“post tat-twettiq”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fir-rigward ta’ titjira kkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda kkonfermata għat-traġitt kollu u maqsuma f’diversi segmenti, jista’ jkun ikkostitwit mill-post tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira, meta t-trasport relatat ma’ dawn is-segmenti tat-titjira huwa mwettaq minn żewġ trasportaturi bl-ajru separati u meta r-rikors għad-danni, ippreżentat abbażi tar-Regolament Nru 261/2004, jirriżulta mill-kanċellazzjoni tal-aħħar segment tat-titjira u huwa ppreżentat kontra t-trasportatur bl-ajru responsabbli għal dan l-aħħar segment. |
23 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li t-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 jipprovdi li, fil-qasam kuntrattwali, sabiex ikunu jistgħu jitressqu proċeduri kontra persuna ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru fi Stat Membru ieħor, il-post tat-twettiq tal-obbligu li jservi ta’ bażi għat-talba għandu jkun, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi, ikkostitwit mill-post fi Stat Membru fejn, skont il-kuntratt, ġew jew kellhom jiġu pprovduti s-servizzi. |
24 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat ukoll li, sa fejn ir-Regolament Nru 1215/2012 jabroga u jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-aħħar regolament tgħodd ukoll għar-Regolament Nru 1215/2012 meta d-dispożizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ strumenti tad-dritt tal-Unjoni jistgħu jiġu kklassifikati bħala ekwivalenti (sentenza tat‑8 ta’ Mejju 2019, Kerr, C‑25/18, EU:C:2019:376, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
25 |
Konsegwentement, l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 tapplika wkoll għall-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, peress li dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu kklassifkati bħala ekwivalenti (sentenza tat‑8 ta’ Mejju 2019, Kerr, C‑25/18, EU:C:2019:376, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
26 |
F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fir-rigward ta’ titjiriet diretti, li kemm il-post tat-tluq kif ukoll il-post tal-wasla tal-ajruplan għandhom jitqiesu, bl-istess mod, bħala l-postijiet ta’ provvista prinċipali tas-servizzi li huma s-suġġett ta’ kuntratt ta’ trasport bl-ajru, u b’hekk tat lill-awtur ta’ rikors għad-danni, ippreżentat abbażi tar-Regolament Nru 261/2004, l-għażla li jippreżenta r-rikors tiegħu quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jinsab jew il-post tat-tluq jew il-post tal-wasla tal-ajruplan, hekk kif dawn il-postijiet huma miftiehma fl-imsemmi kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2009, Rehder, C‑204/08, EU:C:2009:439, punti 43 u 47). |
27 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-kunċett ta’ “post tat-twettiq”, kif interpretat fis-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2009, Rehder (C‑204/08, EU:C:2009:439), minkejja li jirreferi għal titjira diretta, japplika wkoll, mutatis mutandis, fir-rigward ta’ sitwazzjoni li fiha t-titjira b’konnessjonijiet ikkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda għat-traġitt kollu tinkludi żewġ segmenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punti 69 kif ukoll 71). |
28 |
Minn dan isegwi li, meta titjira tkun ikkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda kkonfermata għat-traġitt kollu u tkun tinkludi żewġ segmenti, l-awtur ta’ rikors għad-danni, ippreżentat abbażi tar-Regolament Nru 261/2004, għandu wkoll l-għażla li jippreżenta r-rikors tiegħu jew quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jinsab il-post tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira, jew quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jinsab il-post tal-wasla tat-tieni segment tat-titjira. |
29 |
Hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, fil-kawża prinċipali, it-titjira inkwistjoni kienet tinkludi tliet segmenti. Madankollu, sa fejn kuntratt ta’ trasport bl-ajru huwa kkaratterizzat minn riżervazzjoni waħda kkonfermata għat-traġitt kollu, dan il-kuntratt jistabbilixxi l-obbligu, għal trasportatur bl-ajru, li jittrasporta passiġġier minn punt A għal punt D. Tali operazzjoni ta’ trasport tikkostitwixxi servizz li wieħed mill-postijiet ta’ provvista prinċipali tiegħu jinsab fil-punt A (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punt 71). |
30 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li, fil-każ ta’ titjira b’konnessjonijiet ikkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda kkonfermata għat-traġitt kollu u li tinkludi diversi segmenti, il-post tat-twettiq ta’ din it-titjira, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012, jista’ jkun ikkostitwit mill-post tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira, bħala wieħed mill-postijiet ta’ provvista prinċipali tas-servizzi li huma s-suġġett ta’ kuntratt ta’ trasport bl-ajru. |
31 |
Peress li dan il-post għandu rabta biżżejjed stretta mal-elementi materjali tal-kawża u, għaldaqstant, jiżgura r-rabta stretta, meħtieġa mir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni speċjali stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, bejn il-kuntratt ta’ trasport bl-ajru u l-qorti li għandha ġurisdizzjoni, dan jissodisfa l-għan ta’ prossimità li jsostni dawn ir-regoli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punt 74 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
32 |
Din is-soluzzjoni hija wkoll konformi mal-prinċipju ta’ prevedibbiltà, li l-imsemmija regoli huma intiżi li josservaw, sa fejn din tippermetti kemm lir-rikorrent kif ukoll lill-konvenut jidentifikaw il-qorti tal-post tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira, hekk kif indikat f’dan il-kuntratt ta’ trasport, bħala qorti li tista’ tiġi adita (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punti 75 u 77 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
33 |
Fir-rigward tal-possibbiltà, f’kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, li jitressqu proċeduri kontra t-trasportatur bl-ajru responsabbli għall-aħħar segment tat-titjira quddiem il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jinsab il-punt tat-tluq tal-ewwel segment, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm huwa minnu li mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li Iberia kienet il-parti l-oħra fil-kuntratt tal-passiġġieri inkwistjoni, ir-regola dwar il-ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam kuntrattwali, prevista fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, ma teħtieġx il-konklużjoni ta’ kuntratt bejn żewġ persuni, iżda l-eżistenza ta’ obbligu legali liberament ikkonsentit minn persuna fil-konfront ta’ oħra u li huwa l-bażi tar-rikors tar-rikorrent (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punt 60 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
34 |
F’dan ir-rigward, it-tieni sentenza tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004 tippreċiża li, meta trasportatur bl-ajru li jopera, fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ dan ir-regolament, li ma jkunx ikkonkluda kuntratt mal-passiġġier, iwettaq obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament, dan it-trasportatur għandu jitqies li qiegħed jagħmel dan f’isem il-persuna li kkonkludiet il-kuntratt mal-passiġġier ikkonċernat. |
35 |
B’hekk, dan it-trasportatur għandu jiġi kkunsidrat li qiegħed iwettaq obbligi liberament ikkonsentiti fil-konfront tal-parti l-oħra fil-kuntratt ta’ dan il-passiġġier. Dawn l-obbligi joriġinaw mill-kuntratt ta’ trasport bl-ajru (sentenza tas‑7 ta’ Marzu 2018, flightright et, C‑274/16, C‑447/16 u C‑448/16, EU:C:2018:160, punt 63). |
36 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li t-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“post tat-twettiq”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fir-rigward ta’ titjira kkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda kkonfermata għat-traġitt kollu u maqsuma f’diversi segmenti, jista’ jkun ikkostitwit mill-post tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira, meta t-trasport relatat ma’ dawn is-segmenti tat-titjira huwa mwettaq minn żewġ trasportaturi bl-ajru separati u meta r-rikors għad-danni, ippreżentat abbażi tar-Regolament Nru 261/2004, jirriżulta mill-kanċellazzjoni tal-aħħar segment tat-titjira u huwa ppreżentat kontra t-trasportatur bl-ajru responsabbli għal dan l-aħħar segment. |
Fuq l-ispejjeż
37 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
It-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“post tat-twettiq”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fir-rigward ta’ titjira kkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda kkonfermata għat-traġitt kollu u maqsuma f’diversi segmenti, jista’ jkun ikkostitwit mill-post tat-tluq tal-ewwel segment tat-titjira, meta t-trasport relatat ma’ dawn is-segmenti tat-titjira huwa mwettaq minn żewġ trasportaturi bl-ajru separati u meta r-rikors għad-danni, ippreżentat abbażi tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, jirriżulta mill-kanċellazzjoni tal-aħħar segment tat-titjira u huwa ppreżentat kontra t-trasportatur bl-ajru responsabbli għal dan l-aħħar segment. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.