Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0931

    Kawża C-931/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Titanium Ltd

    ĠU C 87, 16.3.2020, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 87/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Titanium Ltd

    (Kawża C-931/19)

    (2020/C 87/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Titanium Ltd

    Awtorità konvenuta: Finanzamt Wien 1/23

    Domanda preliminari (1)

    Il-kunċett ta’ “stabbiliment permanenti” għandu jiġi interpretat fis-sens li tali stabbiliment għandu dejjem ikollu riżorsi umani u tekniċi u li, għaldaqstant, il-fornitur ta’ servizz għandu neċessarjament ikollu, f’dan l-istabbiliment, persunal proprju tiegħu, jew inkella, fil-każ speċifiku tal-kiri taxxabbli ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju nazzjonali, li jikkostitwixxi biss provvista passiva li permezz tagħha l-fornitur jawtorizza lil terz jagħmel xi ħaġa li huwa ma jkunx jista’ jagħmel mingħajr din l-awtorizzazzjoni (Duldungsleistung), din il-proprjetà immobbli tista’ titqies bħala “stabbiliment permanenti” anki fl-assenza ta’ riżorsi umani?


    (1)  dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60), kif emendata bid-Direttiva 2008/8/KE (ĠU 2008, L 44, p. 11) kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE (ĠU 2011, L 77, p. 1).


    Top