EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0061

Kawża C-61/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Orange Romania SA vs Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal

ĠU C 164, 13.5.2019, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Orange Romania SA vs Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal

(Kawża C-61/19)

(2019/C 164/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orange Romania SA

Konvenuta: Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1), liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun jista’ jitqies li indikazzjoni ta’ xewqa hija indikazzjoni speċifika u informata?

2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex ikun jista’ jitqies li indikazzjoni ta’ xewqa hija indikazzjoni mogħtija liberament?


(1)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).


Top