Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0016

Kawża C-16/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Krakowie (il-Polonja) fit-2 ta’ Jannar 2019 — VL vs Szpital Kliniczny im. dra J. Babińskiego Samodzielny Publiczny Zakład Opieki Zdrowotnej w Krakowie

ĠU C 164, 13.5.2019, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Krakowie (il-Polonja) fit-2 ta’ Jannar 2019 — VL vs Szpital Kliniczny im. dra J. Babińskiego Samodzielny Publiczny Zakład Opieki Zdrowotnej w Krakowie

(Kawża C-16/19)

(2019/C 164/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Krakowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VL

Konvenut: Szpital Kliniczny im. dra J. Babińskiego Samodzielny Publiczny Zakład Opieki Zdrowotnej w Krakowie

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trattament differenti ta’ membri individwali ta’ grupp iddistingwit permezz ta’ karatteristika protetta (diżabbiltà) jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jekk il-persuna li timpjega tittratta membri individwali ta’ dak il-grupp b’mod differenti abbażi ta’ kriterju apparentement newtrali, u dan il-kriterju ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat oġġettivament b’għan leġittimu, u jekk il-miżuri meħuda sabiex jintlaħaq dan l-għan ma jkunux xierqa u meħtieġa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


Top