EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CJ0264
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 9 July 2020.#Constantin Film Verleih GmbH v YouTube LLC and Google Inc.#Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof.#Reference for a preliminary ruling — Copyright and related rights — Internet video platform — Uploading of a film without the consent of the rightholder — Proceedings concerning an infringement of an intellectual property right — Directive 2004/48/EC — Article 8 — Applicant’s right of information — Article 8(2)(a) — Definition of ‘addresses’ — Email address, IP address and telephone number — Not included.#Case C-264/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020.
Constantin Film Verleih GmbH vs YouTube LLC u Google Inc.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Pjattaforma ta’ filmati online – Upload ta’ film mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju – Azzjoni relatata ma’ preġudizzju għal dritt ta’ proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 8 – Dritt tar-rikorrenti għal informazzjoni – Artikolu 8(2)(a) – Kunċett ta’ ‘indirizzi’ – Indirizz tal-posta elettronika, indirizz IP u numru tat-telefon – Esklużjoni.
Kawża C-264/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020.
Constantin Film Verleih GmbH vs YouTube LLC u Google Inc.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Pjattaforma ta’ filmati online – Upload ta’ film mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju – Azzjoni relatata ma’ preġudizzju għal dritt ta’ proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 8 – Dritt tar-rikorrenti għal informazzjoni – Artikolu 8(2)(a) – Kunċett ta’ ‘indirizzi’ – Indirizz tal-posta elettronika, indirizz IP u numru tat-telefon – Esklużjoni.
Kawża C-264/19.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:542
*A9* Bundesgerichtshof, Beschluss vom 21/02/2019 (I ZR 153/17)
*P1* Bundesgerichtshof, I. Zivilsenat, Urteil vom 10/12/2020 (ECLI:DE:BGH:2020:101220UIZR153.17.0)
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
9 ta’ Lulju 2020 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Pjattaforma ta’ filmati online – Upload ta’ film mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju – Azzjoni relatata ma’ preġudizzju għal dritt ta’ proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 8 – Dritt tar-rikorrenti għal informazzjoni – Artikolu 8(2)(a) – Kunċett ta’ ‘indirizzi’ – Indirizz tal-posta elettronika, indirizz IP u numru tat-telefon – Esklużjoni”
Fil-Kawża C‑264/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑21 ta’ Frar 2019, li waslet il-Qorti tal-Ġustizzja fid‑29 ta’ Marzu 2019, fil-proċedura
Constantin Film Verleih GmbH
vs
YouTube LLC,
Google Inc.,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis, E. Juhász, M. Ilešič (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,
Reġistratur: M. Krausenböck, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑12 ta’ Frar 2020,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal Constantin Film Verleih GmbH, minn B. Frommer, R. Bisle u M. Hügel, Rechtsanwälte, |
– |
għal YouTube LLC u Google Inc., minn J. Wimmers u M. Barudi, Rechtsanwälte, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun, T. Scharf, S. L. Kalėda u H. Kranenborg, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑2 ta’ April 2020,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Constantin Film Verleih GmbH, kumpannija ta’ distribuzzjoni ta’ films stabbilita fil-Ġermanja, minn naħa, u YouTube LLC u Google Inc., stabbiliti fl-Istati Uniti, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ informazzjoni meħtieġa minn Constantin Film Verleih, mingħand dawn iż-żewġ kumpanniji, relatata mal-indirizzi tal-posta elettronika, l-indirizzi IP, u n-numri tat-telefon ċellulari ta’ utenti li ppreġudikaw id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tagħha. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2004/48
3 |
Il-premessi 2, 10, 15 u 32 tad-Direttiva 2004/48 huma fformulati kif ġej:
[…]
[…]
[…]
|
4 |
Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat “Materja tas-suġġett”: din “tikkonċerna il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex tassigura l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.” |
5 |
L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Firxa ta’ applikazzjoni”, jipprevedi fil-paragrafi 1 u 3(a) tagħha: “1. Mingħajr preġudizzju għall-mezzi li huma jew li jistgħu jiġu pprovduti fil-Komunità jew fil-leġislazzjoni nazzjonali, sakemm dawk il-mezzi jistgħu ikunu aktar favorevoli għall-proprjetarji tad-drittijiet, il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji provduti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 3, għal kull kontravvenzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali provduti bil-liġijiet tal-Komunità u/jew bil-liġijiet ta’ l-Istat Membru konċernat. […] 3. Din id-Direttiva ma għandix taffettwa:
|
6 |
L-Artikolu 8 tal-istess direttiva, intitolat “Id-dritt għall-informazzjoni”, jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fil-kuntest tal-passi legali li jikkonċernaw il-kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u b’risposta għal talba ġustifikata u proporżjonali ta’ min għamel il-klejm, l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji jistgħu jordnaw li l-informazzjoni fuq n-networks ta’ l-oriġini u tad-distribuzzjoni ta’ l-oġġetti jew is-servizzi li tikser id-dritt għall-proprjetà intellettwali għandu jkun pprovdut mill-kontravventur u/jew xi persuna oħra li:
2. L-informazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1, kif inhu xieraq, tikkomprendi:
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet statutorji oħra li:
|
Id-dritt Ġermaniż
7 |
Bis-saħħa tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 101(1) tal-Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte – Urheberrechtsgesetz (il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur u Drittijiet Relatati), tad‑9 ta’ Settembru 1965 (BGBl. 1965 I, p. 1273), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“UrhG”), il-persuna li, fuq livell kummerċjali, tippreġudika d-drittijiet tal-awtur jew dritt ieħor protett minn din il-liġi tista’ tintalab mill-persuna leża biex tipprovdi immedjatament informazzjoni dwar l-oriġini u l-kanal ta’ distribuzzjoni ta’ kopji kontrafatti jew ta’ prodotti oħra. |
8 |
F’każ ta’ ksur manifest, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 101(1) tal-UrhG, dan id-dritt għal informazzjoni jista’ jiġi eżerċitat ukoll, bis-saħħa tal-punt 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 101(2) ta’ din il-liġi, kontra persuna li fuq livell kummerċjali pprovdiet servizzi użati sabiex jiġu eżerċitati attivitajiet ta’ kontrafazzjoni. |
9 |
Il-persuna li hija obbligata tipprovdi l-informazzjoni għandha, bis-saħħa tal-punt 1 tal-Artikolu 101(3) tal-UrhG, tindika l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, tal-fornituri u tad-detenturi preċedenti oħra ta’ kopji jew prodotti oħra, tal-utenti tas-servizzi kif ukoll tal-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut. |
10 |
Konformement mal-punti 2 u 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 111 tat‑Telekommunikationsgesetz (il-Liġi dwar it-Telekomunikazzjonijiet), tat‑22 ta’ Ġunju 2004 (BGBl. 2004 I, p. 1190), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem it-“TKG”), waqt l-attribuzzjoni tan-numri tat-telefon jinġabru u jinżammu l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju tal-linja, kif ukoll, jekk tkun persuna fiżika, id-data tat-twelid tagħha. |
11 |
Bis-saħħa tat-tielet sentenza tal-Artikolu 111(1) tat‑TKG, fir-rigward tas-servizzi mħallsa minn qabel, l-imsemmija informazzjoni għandha, barra minn hekk, tiġi vverifikata. |
12 |
Skont l-Artikolu 111(2) tat‑TKG, waqt l-attribuzzjoni ta’ indirizz tal-posta elettronika, tali verifika u tali żamma ma humiex obbligatorji. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
13 |
Fil-Ġermanja, Constantin Film Verleih għandha drittijiet esklużivi ta’ operat b’mod partikolari fuq ix-xogħlijiet ċinematografiċi “Parker” u “Scary Movie 5”. |
14 |
Matul is-snin 2013 u 2014, ittellgħu xogħlijiet fuq is-sit internet www.youtube.com, pjattaforma, operata minn YouTube, li tippermetti lill-utenti jippubblikaw, jaraw u jaqsmu filmati (iktar ’il quddiem il-“pjattaforma YouTube”). B’dan il-mod l-imsemmija xogħlijiet ġew ivviżjonati fiha diversi għexur ta’ eluf ta’ drabi. |
15 |
Constantin Film Verleih irrikjediet, min-naħa ta’ YouTube u ta’ Google, fejn din tal-aħħar hija l-kumpannija omm tal-ewwel kumpannija, li dawn jipprovdulha sensiela ta’ informazzjoni relatata ma’ kull wieħed mill-utenti li kienu wettqu upload ta’ xogħlijiet bħal dawn (iktar ’il quddiem l-“utenti inkwistjoni”). |
16 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li, sabiex itellgħu filmati fuq il-pjattaforma YouTube, l-utenti għandhom qabel kollox jirreġistraw lilhom infushom ma’ Google permezz ta’ kont utent, fejn il-ftuħ ta’ dan il-kont jirrikjedi biss, min-naħa ta’ dawn l-utenti, l-indikazzjoni ta’ isem, indirizz tal-posta elettronika u data tat-twelid. Din id-data ma hijiex normalment ivverifikata u l-indirizz postali tal-utent ma jintalabx. Madankollu, sabiex ikun jista’ jippubblika filmati ta’ tul ogħla minn 15‑il minuta fuq il-pjattaforma YouTube, l-utent għandu jipprovdi numru tat-telefon ċellulari sabiex ikun jista’ jirċievi kodiċi ta’ attivazzjoni, li huwa neċessarju sabiex jipproċedi b’tali pubblikazzjoni. Barra minn hekk, skont il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ użu u ta’ protezzjoni tad-data komuni ta’ YouTube u ta’ Google, l-utenti tal-pjattaforma YouTube jawtorizzaw il-ħażna tal-ġurnali tas-server, inkluż l-indirizz IP, id-data u l-ħin tal-użu u r-rikjesti varji kif ukoll l-użu usa’ tal-grupp ta’ din id-data. |
17 |
Wara li l-partijiet fil-kawża prinċipali ddikjaraw unanimament li t-tilwima fl-ewwel istanza dwar l-ismijiet u l-indirizzi postali tal-utenti inkwistjoni kienet formalment waslet għal soluzzjoni, Constantin Film Verleih, li kisbet biss ismijiet ta’ utenti fittizji, talbet li YouTube u Google jipprovdulha informazzjoni addizzjonali. |
18 |
Din l-informazzjoni addizzjonali tirrigwarda, minn naħa, l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefon ċellulari, kif ukoll l-indirizzi IP li ntużaw mill-utenti inkwistjoni sabiex jagħmlu upload tal-fajl, flimkien mal-mument eżatt ta’ dan l-upload li jindika d-data u s-siegħa, inklużi l-minuti, is-sekondi u ż-żona orarja, jiġifieri l-mument tal-upload u, min-naħa l-oħra, l-indirizz IP użat f’dan l-aħħar lok mill-utenti sabiex jaċċedu għall-kont Google tagħhom bil-għan li jaċċedu għall-pjattaforma YouTube, ukoll flimkien mal-mument eżatt tal-aċċess li jindika d-data u s-siegħa, inklużi l-minuti, is-sekondi u ż-żona orarja, jiġifieri l-mument tal-aċċess. |
19 |
Permezz tad-deċiżjoni tagħha tat‑3 ta’ Mejju 2016, il-Landgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja) ċaħdet it-talba ta’ Constantin Film Verleih. Min-naħa l-oħra, fuq appell minn din tal-aħħar, permezz ta’ sentenza tat‑22 ta’ Awwissu 2018, l-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja), laqgħet parzjalment it-talba ta’ Constantin Film Verleih, u kkundannat lil YouTube u lil Google sabiex jipprovdulha l-indirizzi tal-posta elettronika tal-utenti inkwistjoni, filwaqt li ċaħdet il-kumplament tal-appell. |
20 |
Permezz tal-appell tagħha għal Reviżjoni, ippreżentat quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), Constantin Film Verleih ippersistiet fit-talbiet tagħha intiżi sabiex YouTube u Google jiġu ordnati jipprovdulha n-numri tat-telefon ċellulari kif ukoll l-indirizzi IP tal-utenti inkwistjoni. Barra minn hekk, permezz tal-appell rispettiv tagħhom għal Reviżjoni, YouTube u Google jitolbu ċ-ċaħda totali tat-talba ta’ Constantin Film Verleih, inkluż fir-rigward tal-komunkazzjoni tal-indirizzi tal-posta elettronika tal-utenti inkwistjoni. |
21 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li l-eżitu ta’ dawn iż-żewġ appelli għal Reviżjoni jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48, u, b’mod partikolari, mir-risposta għad-domanda dwar jekk l-informazzjoni addizzjonali mitluba minn Constantin Film Verleih taqax taħt it-terminu “indirizzi”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
22 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
23 |
Permezz tad-domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “indirizzi” jinkludi, fir-rigward ta’ utent li wettaq upload ta’ fajls li jippreġudikaw dritt tal-proprjetà intellettwali, l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, in-numru tat-telefon tiegħu kif ukoll l-indirizz IP użat sabiex iwettaq upload ta’ dawn il-fajls jew l-indirizz IP użat fl-aħħar aċċess tiegħu għall-kont tal-utent. |
24 |
F’dan il-każ, huwa paċifiku li l-kumpanniji YouTube u Google jipprovdu, fuq skala kummerċjali, servizzi li ntużaw mill-utenti inkwistjoni għall-finijiet ta’ attivitajiet ta’ kontrafazzjoni, li jikkonsistu fl-upload, fuq il-pjattaforma YouTube, tal-fajls li jinkludu xogħlijiet protetti, għad-dannu ta’ Constantin Film Verleih. It-tilwima li biha hija adita l-qorti tar-rinviju tirrigwarda r-rifjut ta’ dawn il-kumpanniji li jipprovdu ċerta informazzjoni rikjesta minn Constantin Film Verleih, dwar dawn l-utenti, b’mod partikolari, l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefon tagħhom kif ukoll l-indirizzi IP użati minnhom kemm fil-mument tal-upload tal-fajls ikkonċernati kif ukoll fil-mument tal-aħħar aċċess fil-kont Google/YouTube tagħhom. Mid-deċiżjoni ta’ rinviju, liema fatt barra minn hekk ma huwiex ikkontestat fil-kuntest ta’ din il-kawża, jirriżulta li s-soluzzjoni tal-kawża prinċipali tiddependi mill-punt dwar jekk tali informazzjoni taqax taħt il-kunċett ta’ “indirizzi” fis-sens tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48. |
25 |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar, preliminarjament, li, skont l-Artikolu 8(1)(c) tad-Direttiva 2004/48, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-kuntest ta’ azzjoni kontra ksur tad-dritt għall-proprjetà intellettwali u bi tweġiba għal talba ġustifikata u proporzjonata tar-rikorrenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jordnaw li informazzjoni dwar l-oriġini u n-networks ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi li jippreġudikaw dritt għall-proprjetà intellettwali tiġi pprovduta mill-persuna li twettaq il-ksur u/jew minn kull persuna oħra li nstabet li kienet qiegħda tipprovdi, fuq skala kummerċjali, servizzi użati f’attivitajiet ta’ kontrafazzjoni. |
26 |
L-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 jippreċiża li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jinkludi, skont il-każijiet, l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, tal-manifatturi, tad-distributuri, tal-fornituri u ta’ detenturi preċedenti oħra ta’ oġġetti jew ta’ servizzi, kif ukoll tal-bejjiegħa bl-ingrossa destinatarji u tal-bejjiegħa bl-imnut. |
27 |
Minn dan jirriżulta, bis-saħħa tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati kompetenti jistgħu, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jordnaw lill-operatur tal-pjattaforma online jipprovdi l-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull persuna msemmija fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-artikolu li wettqet upload ta’ film fuq din il-pjattaforma mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tad-dritt tal-awtur. |
28 |
Fir-rigward tal-punt dwar jekk il-kunċett ta’ “indirizzi” fis-sens tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 jinkludix ukoll l-indirizzi tal-posta elettronika, in-numri tat-telefon u l-indirizzi IP ta’ dawn il-persuni jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tinkludi ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri biex jiddeterminaw is-sens u l-portata tiegħu, il-kunċett ta’ “indirizzi” jikkostitwixxi kunċett tad-dritt tal-Unjoni li normalment għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-Unjoni kollha (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Spiegel Online, C‑516/17, EU:C:2019:625, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
29 |
Barra minn hekk, peress li d-Direttiva 2004/48 ma tiddefinixxix dan il-kunċett, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tagħha għandha tiġi stabbilita konformement mas-sens abitwali tagħha fil-lingwaġġ ta’ kuljum filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintuża u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha jagħmel parti kif ukoll, jekk ikun il-każ, tal-oriġini tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑29 ta’ Lulju 2019, Spiegel Online, C‑516/17, EU:C:2019:625, punt 65, u tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Nederlands Uitgeversverbond u Groep Algemene Uitgevers, C‑263/18, EU:C:2019:1111, punt 38 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
30 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tas-sens abitwali tat-terminu “indirizz”, jeħtieġ li jiġi kkonstatat, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 30 u 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, li, fil-lingwaġġ ta’ kuljum, dan jirrigwarda biss l-indirizz postali, jiġifieri l-post ta’ domiċilju jew ta’ residenza ta’ persuna speċifika. B’hekk meta dan it-terminu jintuża mingħajr preċiżazzjoni oħra, bħall-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48, dan ma jirrigwardax l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon jew l-indirizz IP. |
31 |
Fit-tieni lok, ix-xogħlijiet preparatorji li wasslu għall-adozzjoni tad-Direttiva 2004/48 u, b’mod partikolari, il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri u proċeduri sabiex jiġi żgurat ir-rispett ta’ drittijiet tal-proprjetà intelletwali tat‑30 ta’ Jannar 2003 (COM (2003) 46 final), l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad‑29 ta’ Ottubru 2003 (ĠU 2004, C 32, p. 15) u r‑rapport tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2003 (A5-0468/2003) dwar din il-proposta, jidħlu fl-estensjoni ta’ din il-konstatazjoni. Fil-fatt, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħu u kif sostniet i-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, dawn ma jinkludu ebda indikazzjoni ta’ natura li tissuġġerixxi li t-terminu “indirizz” użat fl-Artikolu 8(2)(a) ta’ din id-direttiva għandu jinftiehem fis-sens li ma jinkludix biss l-indirizz postali, iżda wkoll l-indirizz ta’ posta elettronika, in-numru tat-telefon jew l-indirizz IP tal-persuni kkonċernati. |
32 |
Fit-tielet lok, il-kuntest li fih jintuża l-kunċett inkwistjoni huwa kkorroborat minn tali interpretazzjoni. |
33 |
Fil-fatt, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 35 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-eżami ta’ atti oħra tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwardaw l-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz IP turi li ebda wieħed minnhom ma tuża t-terminu “indirizz” mingħajr preċiżazzjoni oħra, sabiex tindika n-numru tat-telefon, l-indirizz IP jew l-indirizz tal-posta elettronika. |
34 |
Fir-raba’ lok, l-interpretazzjoni esposta fil-punti 31 sa 33 ta’ din is-sentenza hija wkoll konformi mal-għan li għandu jintlaħaq mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48 fid-dawl tal-għan ġenerali tal-imsemmija direttiva. |
35 |
F’dan ir-rigward, huwa minnu li d-dritt għal informazzjoni, previst mill-imsemmi Artikolu 8, huwa intiż biex jagħmel applikabbli u jikkonkretizza d-dritt fundamentali għal rimedju effettiv iggarantit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u biex jiżgura b’dan il-mod l-eżerċizzju effettiv tad-dritt fundamentali tal-proprjetà, li minnu jagħmel parti d-dritt ta’ proprjetà intellettwali protett fl-Artikolu 17(2) tagħha (sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, Coty Germany, C‑580/13, EU:C:2015:485, punt 29) billi jippermetti lill-proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jidentifika l-persuna li tippreġudika lil dan tal-aħħar u li jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jipproteġi dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2017, NEW WAVE CZ, C‑427/15, EU:C:2017:18, punt 25). |
36 |
Madankollu, waqt l-adozzjoni tad-Direttiva 2004/48, il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel li jipproċedi għal armonizzazzjoni minima li tirrigwarda l-osservanza tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali b’mod ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Ġunju 2016, Hansson, C‑481/14, EU:C:2016:419, punt 36). B’hekk, din l-armonizzazzjoni hija limitata, fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva, għal elementi ta’ informazzjoni ddefiniti sew. |
37 |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jitfakkar li d-Direttiva 2004/48 għandha l-għan li tistabbilixxi ekwilibriju ġust bejn, minn naħa, l-interess tal-proprjetarji għall-protezzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali tagħhom, stabbilit fl-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-interessi u tad-drittijiet fundamentali tal-utenti ta’ oġġetti protetti kif ukoll tal-interess ġenerali (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad‑29 ta’ Lulju 2019, Funke Medien NRW, C‑469/17, EU:C:2019:623, punt 57; tad‑29 ta’ Lulju 2019, Pelham et, C‑476/17, EU:C:2019:624, punt 32, kif ukoll tad‑29 ta’ Lulju 2019, Spiegel Online, C‑516/17, EU:C:2019:625, punt 42). |
38 |
B’mod iktar speċifiku, fir-rigward tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48,, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tiddeċiedi li din id-dispożizzjoni hija intiża li tirrikonċilja r-rispett ta’ drittijiet differenti, b’mod partikolari d-dritt ta’ informazzjoni tal-proprjetarji mad-dritt għall-protezzjoni tad-data ta’ natura personali tal-utenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, Coty Germany, C‑580/13, EU:C:2015:485, punt 28). |
39 |
Fl-aħħar nett, jeħtieġ li jiġi spjegat li, għalkemm mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Istati Membri ma għandhomx l-obbligu, bis-saħħa tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48, li jipprevedu l-possibbiltà, għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, li jordnaw il-provvista tal-indirizz tal-posta elettronika, tan-numru tat-telefon jew tal-indirizz IP tal-persuni koperti minn din id-dispożizzjoni fil-kuntest ta’ azzjoni dwar preġudizzju għad-dritt tal-proprjetà intellettwali, xorta jibqa’ l-fatt li l-Istati Membri għandhom tali fakultà. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-formulazzjoni nnifisha tal-Artikolu 8(3)(a) ta’ din id-direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda espressament il-possibbiltà, għall-Istati Membri, li l-proprjetarji ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jingħataw id-dritt li jirċievu informazzjoni iktar estiża, madankollu suġġett għall-fatt li jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn id-drittijiet fundamentali differenti preżenti u l-osservanza tal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt tal-Unjoni, bħall-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, id-digriet tad‑19 ta’ Frar 2009, LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten, C‑557/07, EU:C:2009:107, punt 29, u s-sentenza tad‑19 ta’ April 2012, Bonnier Audio e.a., C‑461/10, EU:C:2012:219, punt 55). |
40 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għad-domandi magħmula tkun li l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “indirizzi” li jinsab fih ma jinkludix, fir-rigward ta’ utent li wettaq upload ta’ fajls li jippreġudikaw dritt tal-proprjetà intellettwali, l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, in-numru tat-telefon tiegħu kif ukoll l-indirizz IP użat sabiex iwettaq upload ta’ dawn il-fajls jew l-indirizz IP użat fl-aħħar aċċess tiegħu għall-kont tal-utent. |
Fuq l-ispejjeż
41 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “indirizzi” li jinsab fih ma jinkludix, fir-rigward ta’ utent li wettaq upload ta’ fajls li jippreġudikaw dritt tal-proprjetà intellettwali, l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, in-numru tat-telefon tiegħu kif ukoll l-indirizz IP użat sabiex iwettaq upload ta’ dawn il-fajls jew l-indirizz IP użat fl-aħħar aċċess tiegħu għall-kont tal-utent. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.