This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CB0103
Case C-103/19: Order of the Court (Seventh Chamber) of 2 June 2021 (request for a preliminary ruling from the Juzgado Contencioso-Administrativo No 24 de Madrid — Spain) — Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT) v Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid (Reference for a preliminary ruling — Article 99 of the Rules of Procedure of the Court of Justice — Framework agreement on fixed-term work concluded by ETUC, UNICE and CEEP — Clause 5(1) — Successive fixed-term employment contracts in the public health sector — Concept of ‘objective reasons’ — Concept of ‘equivalent legal measures to prevent abuse’ — Substitution of the status of occasional regulated staff for that of interim regulated staff — Permanent need for temporary regulated staff)
Kawża C-103/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo n° 24 de Madrid) – Spanja – Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT) vs Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Il-punt 1 tal-Klawżola 5 – Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku tas-saħħa – Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” – Kunċett ta’ “miżuri legali ekwivalenti intiżi sabiex jiġi evitat l-abbuż” – Sostituzzjoni tal-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal – Ħtieġa permanenti ta’ membri tal-persunal temporanju rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal)
Kawża C-103/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo n° 24 de Madrid) – Spanja – Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT) vs Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Il-punt 1 tal-Klawżola 5 – Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku tas-saħħa – Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” – Kunċett ta’ “miżuri legali ekwivalenti intiżi sabiex jiġi evitat l-abbuż” – Sostituzzjoni tal-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal – Ħtieġa permanenti ta’ membri tal-persunal temporanju rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal)
ĠU C 357, 6.9.2021, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 24 de Madrid) – Spanja – Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT) vs Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid
(Kawża C-103/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-Klawżola 5 - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku tas-saħħa - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” - Kunċett ta’ “miżuri legali ekwivalenti intiżi sabiex jiġi evitat l-abbuż” - Sostituzzjoni tal-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal - Ħtieġa permanenti ta’ membri tal-persunal temporanju rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal)
(2021/C 357/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 24 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT)
Konvenut: Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid
Dispożittiv
1) |
Il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, skont ir-regoli applikabbli kollha tad-dritt nazzjonali tagħha, jekk miżuri nazzjonali li jipprevedu l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kategorija ta’ membri tal-persunal temporanju, bis-sostituzzjoni tal-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, u l-ħatra eventwali bħala uffiċjali ta’ dawn il-membri tal-persunal wara proċeduri ta’ selezzjoni sabiex jimtlew b’mod definittiv il-pożizzjonijiet okkupati proviżorjament minn dawn tal-aħħar jikkostitwixxux miżuri xierqa għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat jew miżuri legali ekwivalenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fl-eventwalità li dan ma jkunx il-każ, hija din il-qorti li għandha tivverifika jekk jeżistux, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, miżuri effettivi oħra għall-prevenzjoni u għas-sanzjoni ta’ dan l-abbuż. |
2) |
Il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-membri tal-persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal biss il-possibbiltà li jiksbu s-sostituzzjoni ta’ dan l-istatus b’dak ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, fil-każ li din is-sostituzzjoni tikkostitwixxi miżura xierqa għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat jew miżuri legali ekwivalenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm ikunu jeżistu miżuri effettivi oħrajn fl-ordinament ġuridiku nazzjonali għall-prevenzjoni u għas-sanzjoni ta’ tali abbużi fir-rigward tal-ħaddiema b’kuntratt għal żmien determinat li ma jaqgħux fil-kategorija tal-membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika. |