Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0501

    Kawża C-501/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – UCMR – ADA Asociaţia pentru Drepturi de Autor a Compozitorilor vs Asociatia culturala “Suflet de Român”, irrappreżentata mil-likwidatur tagħha, Pro Management Insolv IPURL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(ċ), Artikolu 24(1) u Artikolu 25(a) – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Remunerazzjonijiet għall-komunikazzjoni ta’ xogħlijiet mużikali lill-pubbliku – Artikolu 28 – Soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Ġbir ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet mingħand l-utent finali f’isimha stess jew għan-nom tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur)

    ĠU C 79, 8.3.2021, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 79/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – UCMR – ADA Asociaţia pentru Drepturi de Autor a Compozitorilor vs Asociatia culturala “Suflet de Român”, irrappreżentata mil-likwidatur tagħha, Pro Management Insolv IPURL

    (Kawża C-501/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ), Artikolu 24(1) u Artikolu 25(a) - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Remunerazzjonijiet għall-komunikazzjoni ta’ xogħlijiet mużikali lill-pubbliku - Artikolu 28 - Soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Ġbir ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet mingħand l-utent finali f’isimha stess jew għan-nom tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur)

    (2021/C 79/14)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: UCMR – ADA Asociaţia pentru Drepturi de Autor a Compozitorilor

    Konvenut: Asociatia culturala “Suflet de Român”, irrappreżentata mil-likwidatur tagħha, Pro Management Insolv IPURL

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE tas-7 ta’ Diċembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li detentur ta’ drittijiet tal-awtur fuq xogħlijiet mużikali jwettaq provvista ta’ servizzi bi ħlas għall-benefiċċju ta’ organizzatur ta’ spettakli, li huwa l-utent finali, meta dan ikun awtorizzat, permezz ta’ liċenzja mhux esklużiva, jikkomunika dawn ix-xogħlijiet lill-pubbliku permezz tal-pagament ta’ ħlasijiet irċevuti minn soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva nnominata, li taġixxi f’isimha stess iżda għan-nom ta’ dan id-detentur ta’ drittijiet tal-awtur.

    2)

    L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2006/112/KE, kif emendata bid-Direttiva 2010/88, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva li tirċievi f’isimha stess iżda għan-nom tad-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur ta’ xogħlijiet mużikali, ħlasijiet dovuti lilhom bħala korrispettiv għall-awtorizzazzjoni sabiex ix-xogħlijiet protetti tagħhom jiġu kkomunikati lill-pubbliku, taġixxi fil-kwalità ta’ “persuna taxxabbli” fis-sens ta’ dan l-artikolu u, għaldaqstant, titqies li rċeviet din il-provvista ta’ servizzi mingħand dawn id-detenturi qabel ma tipprovdiha hija stess lill-utent finali. F’każ bħal dan, din is-soċjetà hija obbligata toħroġ fatturi f’isimha stess lill-utent finali li fihom jidhru l-ħlasijiet kollha rċevuti mingħandu, inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Min-naħa tagħhom, id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur huma obbligati li joħorġu għall-attenzjoni tas-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva fatturi li jinkludu l-VAT għas-servizz ipprovdut għall-ħlasijiet irċevuti.


    (1)  ĠU C 372, 4.11.2019.


    Top