Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0212

    Kawża C-212/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation vs Compagnie des pêches de Saint-Malo (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Kunċett – Nawfraġju tat-tanker taż-żejt Erika – Skema ta’ għajnuna favur impriżi tal-akkwakultura u tas-sajd – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa – Evalwazzjoni tal-validità – Eżami ex officio – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ preżentatata ta’ rikors għal annullament mill-konvenuta fil-kawża prinċipali – Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali – Kontribuzzjonijiet salarjali – Vantaġġ – Determinazzjoni tad-debitur tal-obbligu ta’ restituzzjoni)

    ĠU C 423, 7.12.2020, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 423/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation vs Compagnie des pêches de Saint-Malo

    (Kawża C-212/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kunċett - Nawfraġju tat-tanker taż-żejt Erika - Skema ta’ għajnuna favur impriżi tal-akkwakultura u tas-sajd - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Evalwazzjoni tal-validità - Eżami ex officio - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ preżentatata ta’ rikors għal annullament mill-konvenuta fil-kawża prinċipali - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Kontribuzzjonijiet salarjali - Vantaġġ - Determinazzjoni tad-debitur tal-obbligu ta’ restituzzjoni)

    (2020/C 423/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

    Konvenut: Compagnie des pêches de Saint-Malo

    Dispożittiv

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/239/KE tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna implimentati minn Franza favur il-produtturi tal-akkwakultura u s-sajjieda, hija invalida sa fejn tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni t-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet salarjali mogħtija mir-Repubblika Franċiża favur is-sajjieda għall-perijodu mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ottubru 2000.


    (1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


    Top