This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0761
Case T-761/18: Action brought on 21 December 2018 — La Caixa v EUIPO — Imagic Vision (imagin bank)
Kawża T-761/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – La Caixa vs EUIPO – Imagic Vision (imagin bank)
Kawża T-761/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – La Caixa vs EUIPO – Imagic Vision (imagin bank)
ĠU C 72, 25.2.2019, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/39 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2018 – La Caixa vs EUIPO – Imagic Vision (imagin bank)
(Kawża T-761/18)
(2019/C 72/50)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fundación bancaria caixa d’estalvis i pensions de Barcelona La Caixa (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, P. Román Maestre, D. Liern Cendrero, D. Gabarre Armengol u J. Rodriguez Fuensalida, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Imagic Vision, SL (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni “imagin bank”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 861 108
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 1954/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddeċiedi li dan ir-rikors huma ammissibbli kontra d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkonstata l-applikazzjoni żbaljata f’dik id-deċiżjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;. |
— |
tagħti l-protezzjoni għall-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 14 861 108 “imagin bank” fil-klassijiet 9, 36 u 38; |
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentazzjoni sostnuti mir-rikorrenti, relatati ma’ dawn il-proċeduri. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |