Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0597

    Kawża T-597/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2018 – Hermann Albers vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 99–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/99


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2018 – Hermann Albers vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-597/18)

    (2018/C 427/131)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Hermann Albers e.K. (Neubörger, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Roling, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4385 finali tat-12 ta’ Lulju 2018;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4385 finali tat-12 ta’ Lulju 2018, dwar l-ilment tiegħu ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 7a tan-Niedersächsisches Nahverkehrsgesetz (il-Liġi dwar it-Trasport Lokali ta’ Niedersächsen, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem in-“NNVG”) (Każ SA. 46697 [2017/NN]) (ĠU 2018, C 292, p. 1).

    Ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 7a tan-NNVG jikkostitwixxi, kuntrarjament għall-fehma tal-Kummissjoni, għajnuna ġdida suġġetta għall-obbligu ta’ notifika.


    Top