Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0639

    Kawża T-639/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – SGL Carbon vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Ambjent – Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet – Klassifikazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja fost is-sustanzi ta’ tossiċità akkwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akkwatika kronika tal-kategorija 1 (H410) – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi))

    ĠU C 44, 8.2.2021, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/47


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – SGL Carbon vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-639/18) (1)

    (Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ambjent - Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet - Klassifikazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja fost is-sustanzi ta’ tossiċità akkwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akkwatika kronika tal-kategorija 1 (H410) - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi))

    (2021/C 44/69)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: SGL Carbon SE (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard, S. Saez Moreno u P. Sellar, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin, R. Lindenthal u K. Talabér-Ritz, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: L. Aguilera Ruiz, aġent), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU 2013, L 261, p. 5), li kklassifikat iż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja fost is-sustanzi ta’ tossiċità akkwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akkwatika kronika tal-kategorija 1 (H410).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    SGL Carbon SE għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Renju ta’ Spanja u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 16, 14.1.2019.


    Top