Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0632

    Kawża T-632/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2019 – ZM et vs Il-Kunsill (“Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż skolastiċi – Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal”)

    ĠU C 423, 16.12.2019, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 423/45


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2019 – ZM et vs Il-Kunsill

    (Kawża T-632/18) (1)

    (“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Membri tal-persunal temporanju - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż skolastiċi - Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal”)

    (2019/C 423/56)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZM, ZN, ZO (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Meyer u M. Alver, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Windisch, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li ma jiġux irrimborsati r-rikorrenti għall-ispejjeż skolastiċi għas-sena tal-iskola 2017/2018, li rriżultaw jew minn deċiżjoni individwali, jew minn indikazzjoni fis-sistema informatika interna Sysper/Ariane.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    ZM, ZN u ZO huma kkundannati għall-ispejjeż.

    3)

    Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


    (1)  ĠU C 455, 17.12.2018


    Top