EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0537

Kawża T-537/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Vialto Consulting vs Il-Kummissjoni (“Strument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni – Sussidju – Investigazzjonijiet tal-OLAF – Sanzjoni amministrattiva – Esklużjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti u tal-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ sentejn – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2185/96 – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Aspettattivi leġittimi – Ġurisdizzjoni sħiħa – Proporzjonalità tas-sanzjoni”)

ĠU C 83, 6.3.2023, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – Vialto Consulting vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-537/18) (1)

(“Strument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni - Sussidju - Investigazzjonijiet tal-OLAF - Sanzjoni amministrattiva - Esklużjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti u tal-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ sentejn - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2185/96 - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi - Ġurisdizzjoni sħiħa - Proporzjonalità tas-sanzjoni”)

(2023/C 83/17)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Vialto Consulting (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: V. Christianos, A. Politis u G. Kelepouri, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou u R. Pethke, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Ġunju 2018 li permezz tagħha hija ġiet eskluża għal perijodu ta’ sentejn mill-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, mill-proċeduri tal-għoti ta’ sussidji, mill-proċeduri ta’ strumenti finanzjarji (għall-istrumenti ta’ investiment partikolari u għall-intermedjarji finanzjarji) u mill-proċeduri ta’ prezzijiet irregolati mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), u mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU 2015, L 58, p. 17), u ordnat il-pubblikazzjoni ta’ din l-esklużjoni fuq is-sit internet tagħha, u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, hija titlob il-kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minnha minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vialto Consulting Kft. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


Top