This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TA0355
Case T-355/18: Judgment of the General Court of 8 September 2021 — Spain v Commission (Rules on languages — Notices of open competition for the recruitment of administrators in the field of public health and food safety — Restriction of the choice of language 2 to four languages — Regulation No 1 — Article 1d(1), Article 27 and Article 28(f) of the Staff Regulations — Discrimination based on language — Interests of the service — Proportionality)
Kawża T-355/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Spanja vs Il-Kummissjoni (“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tas-saħħa pubblika u tas-sigurtà fl-ikel – Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 fost erba’ lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Interess tas – servizz – Proporzjonalità”)
Kawża T-355/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Spanja vs Il-Kummissjoni (“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tas-saħħa pubblika u tas-sigurtà fl-ikel – Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 fost erba’ lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Interess tas – servizz – Proporzjonalità”)
ĠU C 431, 25.10.2021, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-355/18) (1)
(“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tas-saħħa pubblika u tas-sigurtà fl-ikel - Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 fost erba’ lingwi - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Interess tas – servizz - Proporzjonalità”)
(2021/C 431/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta u L. Aguilera Ruiz, aġenti)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Ruiz García, L. Vernier, D. Milanowska, I. Galindo Martín u T. Lilamand, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/340/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fl-ikel (verifika, ispezzjoni u evalwazzjoni) u EPSO/AD/341/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel (politika u leġiżlazzjoni) (ĠU 2018, C 97 A, p. 1).
Dispożittiv
1) |
L-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/340/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fl-ikel (verifika, ispezzjoni u evalwazzjoni) u EPSO/AD/341/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel (politika u leġiżlazzjoni) huwa annullat. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess minbarra dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja. |