Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0354

    Kawża T-354/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2019 — KID-Systeme vs EUIPO — Sky (SKYFi) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SKYFi — Trade mark tal-Unjoni Ewropea u trade mark nazzjonali verbali preċedenti SKY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Identiċità tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001 — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001 — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva — Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) — Użu ħażin ta’ poter. — Dritt għal smigħ xieraq — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Proċedura orali quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 96 tar-Regolament 2017/1001”)

    ĠU C 230, 8.7.2019, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 230/43


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2019 — KID-Systeme vs EUIPO — Sky (SKYFi)

    (Kawża T-354/18) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SKYFi - Trade mark tal-Unjoni Ewropea u trade mark nazzjonali verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Identiċità tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001 - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) - Użu ħażin ta’ poter. - Dritt għal smigħ xieraq - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Proċedura orali quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 96 tar-Regolament 2017/1001”)

    (2019/C 230/53)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: KID-Systeme GmbH (Buxtehude, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger u T. Wittmann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant(i): E. Markakis u H. O’Neill, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky Ltd, li qabel kienet Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Saliger, solicitor, u P. Roberts, QC, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2018 (Każ R 106/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sky u KID-Systeme.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    KID-Systeme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.


    (1)  ĠU C 268, 30.7.2018.


    Top