EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0747
Case C-747/18 P: Appeal brought on 30 November 2018 by Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) against the order of the General Court (Seventh Chamber) delivered on 28 September 2018 in Case T-710/17, Lux-Rehab Non-Profit v Commission
Kawża C-747/18 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2018 minn Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-710/17, Lux-Rehab Non-Profit vs Il-Kummissjoni
Kawża C-747/18 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2018 minn Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-710/17, Lux-Rehab Non-Profit vs Il-Kummissjoni
ĠU C 112, 25.3.2019, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/15 |
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2018 minn Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża T-710/17, Lux-Rehab Non-Profit vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-747/18 P)
(2019/C 112/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Appellanti: Lux-Rehab Foglalkoztató Non-Profit Kft. (Lux-Rehab Non-Profit Kft.) (rappreżentant: L. Szabó)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat u, b’konsegwenza ta’ dan, tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Settembru 2018 fil-Kawża Lux-Rehab Non-Profit vs Il-Kummissjoni (T-710/17, mhux ippubblikat, EU:T:2018:630), kif ġie nnotifikat lilha fit-2 ta’ Ottubru 2018; |
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar it-tieni u r-raba’ eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tibgħatx lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, f’liema każ hija titlob lil din tal-aħħar ma tiddeċidix dwar l-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell f’dan l-istadju iżda tiddeċiedi meta tagħti sentenza definittiva. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju
L-appellanti tqis li għamlet riferiment għall-ħarsien tad-drittijiet proċedurali tagħha; għaldaqqstant, hemm lok, f’dan il-każ, li hija titqies bħala parti kkonċernata jekk ir-rikors tagħha huwa intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni li ma jitqajjmux oġġezzjonijiet bbażata fuq l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 659/1999 (1) u li r-rikors jagħmel impliċitament riferiment, b’allużjoni, għall-ħarsien tad-drittijiet.
It-tieni aggravju
Meta l-Qorti Ġenrali interpretat anness tar-rikors u, billi bbażat ruħha fuq din l-interpretazzjoni, ddeċidiet fuq il-mertu, ma huwiex fondat li jiġi ddikjarat li hija ma għandiex l-obbligu li tfittex u li tidentifika l-motivi invokati mill-appellanti fl-Anness.
Billi eżiġiet li l-appellanti tipproduċi l-prova ta’ “effett konkret u tanġibbli” ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fuq is-sitwazzjoni tagħha u turi, b’dan il-mod, li hija affettwata direttament mill-att ikkontestat, il-Qorti Ġenerali qed ixxaqleb lejn evalwazzjoni fattwali tas-sitwazzjoni. Billi tagħmel dan hija tiżnatura r-rekwiżit li persuna tkun affettwata direttament.
It-tielet aggravju
Jekk l-appellata sostniet, matul il-proċedura, li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma setgħux jiġu kkontestati għaliex dawn ma setgħux jitqiesu bħala deċiżjonijiet definittivi minħabba li l-eżami għadu ma ntemmx, għaldaqstant din id-deċiżjoni għandha tiġi deċiża mill-qorti qabel ma tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet l-oħra ta’ ammissibbiltà.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).