Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0431

    Kawża C-431/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-29 ta’ Ġunju 2018 – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez

    ĠU C 373, 15.10.2018, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 373/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-29 ta’ Ġunju 2018 – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez

    (Kawża C-431/18)

    (2018/C 373/04)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Zaragoza

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España

    Konvenuta: Irene Conte Sánchez

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1) jipprekludi interpretazzjoni li tinkludi, fil-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, id-danni kkawżati mill-perikolu maħluq mir-rilaxx ta’ likwidi minn vettura f’post ta’ parkeġġ fejn tkun ipparkjata din il-karozza jew waqt manuvri ta’ pparkjar fi spazju ta’ parkeġġ privat, li jinsab f’koproprjetà, fil-konfront tal-utenti l-oħra ta’ din il-koproprjetà?


    (1)  ĠU 2009, L 263, p. 11.


    Top