Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0194

    Kawża C-194/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Jadran Dodič vs BANKA KOPER, ALTA INVEST

    ĠU C 190, 4.6.2018, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 190/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Jadran Dodič vs BANKA KOPER, ALTA INVEST

    (Kawża C-194/18)

    (2018/C 190/13)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Qorti tar-rinviju

    Vrhovno sodišče Republike Slovenije

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Jadran Dodič

    Konvenuti: BANKA KOPER, ALTA INVEST

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li trasferiment bħal dak li nħoloq fiċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, li kien jinkludi l-istrumenti finanzjarji u l-attivitajiet patrimonjali l-oħra tal-klijenti (b’mod speċifiku, it-titoli), il-kontabbiltà relatata mat-titoli ta’ kreditu immaterjali tal-klijenti u servizzi finanzjarji u aċċessorji oħra, kif ukoll l-arkivju, għandu jiġi kkwalifikat bħala trasferiment legali ta’ impriża jew ta’ parti minn impriża, fid-dawl tal-fatt li, wara l-waqfien mill-attività ta’ senserija fil-borża min-naħa tal-ewwel konvenuta, it-trasferiment tal-provvista ta’ dawn is-servizzi lit-tieni konvenuta kien jiddependi, b’mod definittiv, mid-deċiżjoni tal-kontraenti (il-klijenti)?

    2)

    Fiċ-ċirkustanzi msemmija, wara l-waqfien mill-attività ta’ senserija fil-borża min-naħa tal-ewwel konvenuta, huwa determinanti n-numru ta’ kontraenti li lilhom it-tieni konvenuta attwalment tipprovdi l-imsemmija servizzi?

    3)

    Il-fatt li l-ewwel konvenuta tkompli fl-attivitajiet tagħha mal-kontraenti fil-kapaċità tagħha bħala kumpannija ta’ promozzjoni finanzjarja mhux indipendenti u, fl-ambitu ta’ tali funzjoni, tikkoopera mat-tieni konvenuta, ikollu b’xi mod inċidenza fuq il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ stabbiliment?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)


    Top