EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0032

Kawża C-32/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Jannar 2018 – Tiroler Gebietskrankenkasse vs Michael Moser

ĠU C 152, 30.4.2018, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Jannar 2018 – Tiroler Gebietskrankenkasse vs Michael Moser

(Kawża C-32/18)

(2018/C 152/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tiroler Gebietskrankenkasse

Konvenut: Michael Moser

Domandi preliminari

1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (Regolament Nru 883/2004) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja (l-Awstrija) huwa marbut li jħallas bħala benefiċċju tal-familja, lil ġenitur residenti u li jaħdem fi Stat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza skont l-Artikolu 68(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 (il-Ġermanja), id-differenza bejn l-ammont tal-allowance parentali [Elterngeld] imħallsa fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza u l-allowance għaż-żamma ta’ wild [Betreuungsgeld] fil-varjant tagħha marbut mad-dħul previst fl-Istat Membru l-ieħor, meta ż-żewġ ġenituri jkunu jirrisjedu mal-wild komuni fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi ta’ preċedenza u t-tieni ġenitur biss ikun jeżerċita attività professjonali fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja, bħala ħaddiem transkonfinali?

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

2)

L-allowance għaż-żamma ta’ wild għandha tiġi kkalkolata fil-varjant tagħha marbut mad-dħul skont id-dħul fil-fatt miksub fl-Istat tal-impjieg (il-Ġermanja) jew skont id-dħul ipotetikament miksub fl-Istat Membru kompetenti fuq bażi sussidjarja (l-Awstrija) għal attività professjonali komparabbli?


(1)  ĠU 2009, L 284, p. 1.


Top