Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0026

    Kawża C-26/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Jannar 2018 – Federal Express Corporation, Deutsche Niederlassung vs Hauptzollamt Frankfurt am Main

    ĠU C 152, 30.4.2018, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Jannar 2018 – Federal Express Corporation, Deutsche Niederlassung vs Hauptzollamt Frankfurt am Main

    (Kawża C-26/18)

    (2018/C 152/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Hessisches Finanzgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Federal Express Corporation, Deutsche Niederlassung

    Konvenut: Hauptzollamt Frankfurt am Main

    Domandi preliminari

    1)

    Importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) u tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) tippreżupponi li l-merkanzija introdotta fit-territorju tal-Unjoni tidħol fis-sistema ekonomika tal-Unjoni jew huwa suffiċjenti li jeżisti sempliċi riskju li din il-merkanzija tidħol f’din is-sistema?

    Fil-każ fejn importazzjoni tippreżupponi d-dħul tal-merkanzija fis-sistema ekonomika tal-Unjoni:

    2)

    Merkanzija introdotta fit-territorju tal-Unjoni tidħol awtomatikament fis-sistema ekonomika tal-Unjoni fil-każ fejn, minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, din ma titqiegħed taħt l-ebda skema fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tad-Direttiva 2006/112 jew, għalkemm tkun ċertament inizjalment tqiegħdet taħt tali skema, minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, sussegwentement ma tibqax suġġetta għal din l-iskema, jew, fil-każ ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, id-dħul fis-sistema ekonomika tal-Unjoni jista’ jkun suġġett għall-kundizzjoni li jista’ jiġi preżunt li, minħabba dan il-ksur, il-merkanzija tkun daħlet fis-sistema ekonomika tal-Unjoni fit-territorju fiskali tal-Istat Membru li fih twettaq il-ksur u setgħet kienet is-suġġett ta’ konsum jew ta’ użu?


    (1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


    Top