EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0548

Kawża C-548/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Saarländisches Oberlandesgericht - il-Ġermanja) – BGL BNP Paribas SA vs TeamBank AG Nürnberg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 593/2008 – Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali – Artikolu 14 – Trasferiment ta’ djun – Infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi)

ĠU C 423, 16.12.2019, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Saarländisches Oberlandesgericht - il-Ġermanja) – BGL BNP Paribas SA vs TeamBank AG Nürnberg

(Kawża C-548/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 593/2008 - Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Artikolu 14 - Trasferiment ta’ djun - Infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi)

(2019/C 423/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Saarländisches Oberlandesgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BGL BNP Paribas SA

Konvenuta: TeamBank AG Nürnberg

Dispożittiv

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jistabbilixxix, b’mod dirett jew b’analoġija, il-liġi applikabbli fir-rigward tal-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi ta’ ċessjoni ta’ dejn f’każ ta’ ċessjonijiet multipli ta’ dejn mill-istess kreditur lil ċessjonarji suċċessivi.


(1)  ĠU C 436, 03.12.2018.


Top