Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0216

    Kawża C-216/18 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda)) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra LM (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 1(3) — Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt ta’ aċċess għal qorti indipendenti u imparzjali)

    ĠU C 328, 17.9.2018, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda)) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra LM

    (Kawża C-216/18 PPU) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(3) - Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt ta’ aċċess għal qorti indipendenti u imparzjali))

    (2018/C 328/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court (l-Irlanda)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    LM

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni meħtieġa tiddeċiedi dwar il-konsenja ta’ persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ sabiex jiġu eżerċitati proċeduri kriminali jkollha għad-dispożizzjoni tagħha elementi, bħal dawk li jinsabu fi proposta rraġunata tal-Kummissjoni Ewropea, adottata skont l-Artikolu 7(1) TUE, li jidhru li juru l-eżistenza ta’ riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq iggarantit mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba nuqqasijiet sistemiċi jew ġeneralizzati fir-rigward tal-indipendenza tas-setgħa ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti, l-imsemmija awtorità għandha tivverifika, b’mod konkret u preċiż, jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni personali ta’ din il-persuna, kif ukoll fid-dawl tan-natura tar-reat li fir-rigward tiegħu tkun is-suġġett ta’ prosekuzzjoni u fid-dawl tal-kuntest fattwali li fuqhom ikun ibbażat il-mandat ta’ arrest Ewropew, u filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru emittenti, skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata, jeżistux motivi serji u vverifikati sabiex wieħed jemmen li l-imsemmija persuna ser tkun esposta għal tali riskju fil-każ ta’ konsenja lil dan l-Istat tal-aħħar.


    (1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


    Top