Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0194

    Kawża C-194/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije — is-Slovenja) — Jadran Dodič vs Banka Koper, Alta Invest (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Trasferiment ta’ impriżi — Direttiva 2001/23/KE — Artikolu 1(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni tat-trasferiment — Trasferiment ta’ klijentela — Trasferiment tas-servizzi finanzjarji kollha ta’ bank lil kumpannija ta’ senserija finanzjarja bl-esklużjoni tat-trasferiment tal-persunal)

    ĠU C 230, 8.7.2019, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 230/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije — is-Slovenja) — Jadran Dodič vs Banka Koper, Alta Invest

    (Kawża C-194/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Trasferiment ta’ impriżi - Direttiva 2001/23/KE - Artikolu 1(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni tat-trasferiment - Trasferiment ta’ klijentela - Trasferiment tas-servizzi finanzjarji kollha ta’ bank lil kumpannija ta’ senserija finanzjarja bl-esklużjoni tat-trasferiment tal-persunal)

    (2019/C 230/16)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Qorti tar-rinviju

    Vrhovno sodišče Republike Slovenije

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Jadran Dodič

    Konvenuti: Banka Koper, Alta Invest

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kisba, mit-tieni impriża, tal-istrumenti finanzjarji u tal-attivi l-oħra ta’ klijenti tal-ewwel impriża, sussegwentement għall-waqfien ta’ attività tagħha, bis-saħħa ta’ kuntratt li l-konklużjoni tiegħu hija imposta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, anki meta l-klijenti tal-ewwel impriża jibqgħu ħielsa li ma jafdawx l-immaniġġar tat-titoli finanzjarji tagħhom lit-tieni impriża, tista’ tikkostitwixxi trasferiment ta’ impriża jew ta’ parti minn impriża meta l-eżistenza ta’ trasferiment ta’ klijentela tkun stabbilita, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. F’dan il-kuntest, in-numru kbir ħafna ta’ klijenti attwalment ittrasferiti ma huwiex, waħdu, deċiżiv fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala “trasferiment” u l-fatt li l-ewwel impriża tikkollabora, bħala kumpannija ta’ senserija finanzjarja mhux indipendenti, mat-tieni impriża, bħala prinċipju, huwa irrilevanti.


    (1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


    Top