Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0836

    Kawża T-836/17: Rikors ippreżentat fi-29 ta’ Diċembru 2017 – Sports Group Denmark vs EUIPO – K&L (WHISTLER)

    ĠU C 63, 19.2.2018, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/22


    Rikors ippreżentat fi-29 ta’ Diċembru 2017 – Sports Group Denmark vs EUIPO – K&L (WHISTLER)

    (Kawża T-836/17)

    (2018/C 063/30)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sports Group Denmark A/S (Ikast, id-Danimarka) (rappreżentant: E. Skovbo, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: K&L GmbH & Co. Handels-KG (Weilheim, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “WHISTLER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 870 648

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 311/2017-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiċħad l-oppożizzjoni fit-totalità tagħha;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;


    Top