This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0824
Case T-824/17: Action brought on 22 December 2017 — H2O Plus v EUIPO (H 2 O+)
Kawża T-824/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – H2O Plus vs EUIPO (H 2 O+)
Kawża T-824/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – H2O Plus vs EUIPO (H 2 O+)
ĠU C 63, 19.2.2018, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/17 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – H2O Plus vs EUIPO (H 2 O+)
(Kawża T-824/17)
(2018/C 063/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: H2O Plus LLC (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u F. Kerl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “H 2 O+” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 1 313 244
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 499/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001. |