Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0592

Kawża T-592/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Serra Noguera et vs SRB

ĠU C 374, 6.11.2017, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/42


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Serra Noguera et vs SRB

(Kawża T-592/17)

(2017/C 374/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Juan Carlos Serra Noguera (Sant Jordi de ses Salines, Spanja) u 56 rikorrent ieħor (rappreżentant: R. García-Bragado Acín, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tikkunsidra din it-talba bħala mressqa, u li ġie ppreżentat dan ir-rikors għal annullament tad-deċiżjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju, dwar ir-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular, kif ukoll l-evalwazzjoni li fuqha hija bbażata;

tikkonstata, fid-deċiżjoni tagħha, li l-SRB għandu l-obbligu li jagħmel tajjeb għad-danni kkawżati lir-rikorrenti, speċifikament fl-ammont tal-investiment tagħhom jew fl-ammont determinat fl-eżekuzzjoni tas-sentenza, u dan fid-dawl tal-impossibbiltà prattika li titreġġa’ lura l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni msemmija.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


Top